Mogħdija tan-navigazzjoni
Dawn il-mistoqsijiet saru f'servizz ta' parir għall-konsumatur Ewropew. Għandek xi mistoqsijiet?
Ikkuntattja ċ-Ċentru tal-Konsumatur Ewropew lokali tiegħek.
English
IVA - meta tixtri xi ħaġa minn fuq l-internet, għandek sebat ijiem ċans wara li tirċeviha biex tiddeċiedi jekk tridx iżżommha jew le. M'hemmx għalfejn tagħti raġuni. Sempliċiment informa lill-bejjiegħ li tixtieq tikkanċella l-ordni - ikollhom jagħtuk flusek lura. L-ammont li tingħata lura għandu jinkludi l-ispejjeż li ħallast għall-posta.
Madankollu, trid tkun int li tħallas il-posta biex tibgħat l-oġġett li ma tridx lura għand il-bejjegħ.
Għandek tkun taf ukoll li l-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ mill-bogħod
Deutsch
English
español
français
italiano ma tgħoddx għall-irkant onlajn jew għal servizzi finanzjarji, trasport, akkomodazzjoni, forniment tal-ikel jew prenotazzjonijiet għal servizzi tal-ħin liberu.
LE - Il-bejjiegħ huwa responsabbli għall-konsenja ta' dak li tixtri mingħandu. Huwa l-bejjiegħ li għandu jikkuntattja lis-servizz tal-konsenja u juri li l-prodott wasal. Jekk il-bejjiegħ ma jistax juri dan, ikollu jibgħatlek il-prodott mill-ġdid jew iroddlok flusek lura.
LE - Għalkemm għandek sebat ijiem ċans biex tikkanċela xiri minn fuq l-internet jew permezz ta' metodi oħra ta' bejgħ mill-bogħod
Deutsch
English
español
français
italiano (bħat-telefown jew il-posta), hemm eċċezzjonijiet għall-vaganzi, l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u servizzi tal-ħin liberu. F'dan it-tip ta' xiri minn fuq l-internet, il-bejjiegħ m'għandux għalfejn jagħtik flusek lura jekk tħassar l-ordni tiegħek.
Madankollu, jista' jagħti l-każ li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-bejjiegħ stess jippermettulek tikkanċella u tieħu flusek (jew parti minnhom) lura. Aqra d-dettalji tal-kuntratt biex tara.
IVA - Għandek sebat ijiem biex tibdel il-fehma u tikkanċella dak li ordnajt
Deutsch
English
español
français
italiano. Dan hu minnu kull meta tixtri oġġetti mhux minn ħanut, pereżempju bit-telefown, faks, bil-posta jew minn fuq l-internet. Is-sebat ijiem jibdew mill-mument li tirċievi l-merkanzija.
LE - Avolja jeżisti perjodu ta' sebat ijiem biex tiddeċiedi tixtieqx iżżomm l-affarijiet li xtrajt mill-internet, peress li niżżilthom dawn id-diski, dan jgħodd bħala servizz li xtrajt u diġà użajt. Ma tistax tikkanċella servizz li diġà beda, bil-ftehim tiegħek.
Jekk prodott li tordna ma jasalx fi żmien 30 jum, tista' tħassar l-ordni. Jekk diġà ħallast, il-bejjiegħ irid iroddlok il-flus lura fi żmien 30 ġurnata.
Is-siti tal-irkant huma differenti mill-ħwienet fuq l-internet:
Meta tixtri xi ħaġa minn irkant fuq l-internet mhux bilfors għandek il-protezzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-bejgħ mill-bogħod
Deutsch
English
español
français
italiano. L-irkant huwa speċifikament eskluż minn dawn il-liġijiet tal-UE, għalkemm ċerti pajjiżi estendew il-leġiżlazzjoni tal-bejgħ mill-bogħod biex tinkludi l-irkant fuq l-internet.
Jekk tixtri prodotti mingħand individwu privat minflok minn kumpanija, kif ġeneralment jiġri f'irkant fuq l-internet, it-tranżazzjoni mhijiex koperta mil-leġiżlazzjoni tal-konsumatur
dansk
Deutsch
ελληνικά
English
español
suomi
français
italiano
Nederlands
português
svenska. Tranżazzjoni tal-konsumatur tinvolvi individwu privat li jixtri oġġetti jew servizzi mingħand bejjiegħ li jaġixxi fin-negozju jew professjoni tiegħu, bil-kontra ta' żewġ individwi li jaġixxu f'kapaċità privata.
Madankollu, is-siti t-tajbin tal-irkant fuq l-internet joffru lix-xerrejja xi livell ta' ħarsien u ħafna pariri dwar ix-xiri sigur fuq is-sit tagħhom.
Meta tixtri xi ħaġa mingħand individwu privat, m'għandekx dritt tikkanċella x-xiri tiegħek wara li jasal jew il-garanziji legali li jkollok meta tixtri mingħand bejjiegħ professjonali.
F'dan il-każ, kull ma għandek huwa l-informazzjoni li kellek meta xtrajt l-oġġett. Jekk il-prodott li xtrajt mhuweix kif kien irriklamat, tista' tibagħtu lura u titlob il-flus lura.
Tiddejjaqx tistaqsi l-bejjiegħa privati mistoqsijiet fid-dettall biex tevita li tispiċċa b'xi sorpriża kerha!
Sabiex tixtri minn fuq l-internet, trid tagħti ċerti dettalji personali (normalment ismek, l-indirizz u d-dettalji tal-bank). Madankollu, is-sit web għandu jistqarr kemm se tkun protetta l-informazzjoni privata dwarek.
Is-sit għandu jagħti l-għażla li wieħed jirrifjuta l-ġbir ta' dejta u li jgħid li ma jridx li d-dettalji tiegħu jintużaw għal xi raġuni oħra apparti t-tranżazzjoni. Fil-verità, dan normalment iseħħ billi tittikkja kaxxa fuq il-formola.
LE - Bil-liġi l-bejjiegħ irid juri l-informazzjoni bażika fuq is-sit biex tkun tista' tikkuntattjah jekk ikollok xi problemi. Dan jinkludi isem il-kumpanija, in-numru ta' reġistrazzjoni, il-post fiżiku fejn jinsabu (mhux sempliċiment P.O.box), l-email u n-numru tat-telefown.