Mogħdija tan-navigazzjoni
Dawn il-mistoqsijiet saru f'servizz ta' parir għall-konsumatur Ewropew. Għandek xi mistoqsijiet?
Ikkuntattja ċ-Ċentru tal-Konsumatur Ewropew lokali tiegħek.
English
IVA - Ix-xiri bla dazju, pereżempju fl-ajruporti, huwa biss għal dawk li mhumiex residenti fl-UE u li d-destinazzjoni tagħhom tkun barra l-UE. Ir-residenti tal-UE jridu jħallsu l-VAT, anki meta jagħmlu xi xiri f'pajjiż ieħor tal-UE.
Jista' jagħti l-każ li tkun eżentat milli tħallas il-VAT meta tixtri karozza f'pajjiż ieħor tal-UE.
LE - Attwalment hemm 27 pajjiż fl-UE, iżda 17 biss minnhom jużaw l-ewro: L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, is-Slovakja, is-Slovenja u Spanja.
IVA - Meta tirċievi oġġett jew servizz li xtrajt onlajn, għandek sebat ijiem biex tiddeċiedi iżżommux jew le. Madankollu, għandek tkun taf li l-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ mill-bogħod
Deutsch
English
español
français
italiano ma tgħoddx għall-irkant onlajn jew għal servizzi finanzjarji, trasport, akkomodazzjoni, forniment tal-ikel jew prenotazzjonijiet għal servizzi tal-ħin liberu.
Tista' biss jekk il-bejjiegħ jaqbel. Għalkemm fil-bidu ġejt ikkuntattjat bil-posta, il-kuntratt iffirmajtu fil-ħanut u allura huwa definittiv. Aqra d-dettalji tal-kuntratt biex tara f'liema kundizzjonijiet - jekk jeżistu - tista' tħassar l-ordni tiegħek.
IVA - Għandek sebat ijiem biex tibdel il-fehma u tikkanċella dak li ordnajt
Deutsch
English
español
français
italiano. Dan hu minnu kull meta tixtri oġġetti mhux minn ħanut, pereżempju bit-telefown, faks, bil-posta jew minn fuq l-internet. Is-sebat ijiem jibdew mill-mument li tirċievi l-merkanzija.
Il-garanzija legali hija valida għal perjodu ta' sentejn fl-UE kollha. Iżda hemm ċerti restrizzjonijiet.
Il-garanzija legali tkopri d-difetti li kienu jeżistu meta wasallek l-oġġett u li ħarġu fi żmien sentejn. Madankollu, iż-żmien kruċjali huwa l-ewwel sitt xhur wara li xtrajtu:
Skont il-liġi tal-UE
dansk
Deutsch
ελληνικά
English
español
suomi
français
italiano
Nederlands
português
svenska, fiż-żmien legali ta' sentejn garanzija, prodotti difettużi jridu jiġu msewwija jew mibdula mingħajr spejjeż lill-konsumatur. Dan jinkludi l-posta. Għaldaqstant, teoretikament, il-bejjiegħ għandu jħallas l-ispejjeż kollha tal-posta (li inti tibgħatlu l-kamera difettuża; u li hu jibgħathielek lura msewwija).
Madankollu, il-bejjiegħ jista' jkun jixtieq jeżamina l-kamera biex jivverifika jekk kinetx difettuża meta inti xtrajtha. F'dak il-każ, jista' jkollok tħallas biex tirritorna l-kamera u titlob il-flus lura tal-posta jekk il-bejjiegħ jaqbel li kienet difettuża.
Jiddependi fuq liema miż-żewġ tipi ta' garanzija
dansk
Deutsch
ελληνικά
English
español
suomi
français
italiano
Nederlands
português
svenska tixtieq tuża: il-garanzija legali jew dik kummerċjali.
Il-garanzija legali torbot lill-bejjiegħ. Hija valida għal sentejn u tkopri l-prodotti mixtrija fl-UE.
Il-bejjiegħ jew manifattur jistgħu jipprovduk ukoll b'garanzija kummerċjali, fejn it-termini u l-kundizzjonijiet huma spjegati fil-kuntratt tiegħek; it-termini tal-garanzija kummerċjali tal-manifattur jistgħu jippreżentawk b'aktar vantaġġi mill-garanzija legali. Il-garanzija kummerċjali ma tieħux post il-garanzija legali ta' sentejn. Jekk tingħata garanzija kummerċjali ta' sena meta tixtri prodott, xorta tista' tuża l-garanzija legali ta' sentejn biex titlob rimedju mingħand il-bejjiegħ wara aktar minn sena, imma xorta fis-sentejn wara x-xiri, abbażi tal-garanzija legali.
LE, MHUX MILL-EWWEL - bil-liġi tal-UE, il-bejjiegħ irid jagħtik l-għażla bejn li jsewwilek it-televixin jew jagħtik ieħor. Jekk iż-żewġ soluzzjonijiet jirriżultaw impossibbli (pereżempju, jieħdu wisq żmien jew jiġu jiswew wisq għall-bejjiegħ), tista' titlob flusek lura.
Skont ir-regoli tal-UE
dansk
Deutsch
ελληνικά
English
español
suomi
français
italiano
Nederlands
português
svenska, il-merkanzija trid tkun kif iddeskriviha l-bejjiegħ, tajba għall-użu normali tagħha, u ta' kwalità u funzjoni sodisfaċenti.
Nisperaw li għad għandek l-irċevuta bid-dettalji tal-bejjiegħ. L-ewwel m'għandek tagħmel hu li tikkuntattjah u tgħidlu bil-problema u tistaqsih biex isewwi jew jibdel il-kamera. Jekk dan ma jkunx jista' jagħmlu, għandek titlob flusek lura.
Jekk ma jkollokx risposta sodisfaċenti mill-bejjiegħ, tista' tikkuntattja ċ-Ċentru tal-Konsumatur Ewropew lokali tiegħek
English, jew dak tal-pajjiż minn fejn xtrajt l-oġġett.
Il-liġi tal-UE tagħmel provvediment għal sentejn garanzija
dansk
Deutsch
ελληνικά
English
español
suomi
français
italiano
Nederlands
português
svenska għal kwalunkwe oġġetti ġodda mixtrija mingħand bejjiegħ professjonali bbażat fl-UE. Waqt dan il-perjodu ta' sentejn, il-bejjiegħ huwa responsabbli għal kwalunkwe difett fil-prodott - għandek tkun tista' tuża s-sufan b'mod normali mingħajr ma joħorġu d-difetti.
Madankollu, il-ġilda hija materjal delikat li malajr jitħassar bl-għaraq jew jekk ma tużax il-prodotti xierqa biex tnaddfu. F'dan it-tip ta' każi, il-bejjiegħ għandu jinfurmak meta oġġett li tixtri għandux jiġi ttrattat b'mod partikolari.
Meta tixtri minn fuq l-internet, għandek l-istess drittijiet bħal meta tixtri minn ħanut:
Ivverifika t-termini u l-kundizzjonijiet fuq is-sit web tal-bejjiegħ. Ikkuntattjah biex tispjega l-problema u itlob soluzzjoni. Jekk ma jagħtikx risposta sodisfaċenti u jkun ibbażat fl-UE, tista' tikkuntattja ċ-ċentru Ewropew tal-konsumaturi
English f'pajjiżek.
IVA - L-għażla hija tiegħek jekk prodott difettuż għandux jiġi msewwi jew mibdul, sakemm l-għażla tiegħek ma tkunx impossibbli jew wisq għalja għall-bejjiegħ. Madankollu, jekk id-difett ikun żgħir - bħal f'dan il-każ - it-tiswija x'aktarx tkun l-aktar soluzzjoni faċli.
Jeżistu regoli speċifiċi tal-UE
dansk
Deutsch
ελληνικά
English
español
suomi
français
italiano
Nederlands
português
svenska dwar merkanzija li tixtri mingħand neguzjanti li jiġu għandek jew fejn taħdem jew f'avveniment barra mill-bini normali tan-negozju.
Ifli t-termini u l-kundizzjonijiet tal-konsenja fil-kuntratt li ffirmajt. Jekk il-perjodu ta' konsenja fil-kuntratt skada, għandek tagħmel ilment bil-miktub lin-negozjant. Jekk in-negozjant jinsab f'pajjiż ieħor tal-UE, ikkuntattja ċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumaturi lokali tiegħek
English.
Il-garanzija li qed isemmi l-bejjiegħ hija l-garanzija kummerċjali tal-manifattur tal-kompjuter tiegħek. Din m'għandhiex x'taqsam mal-garanzija legali, li torbot lill-bejjiegħ u ddum tgħodd sentejn.
Jekk il-bejjiegħ jaqbel li l-kompjuter huwa difettuż, irid isewwieh jew jibdlu bla ħlas. F'idejhom biex isolvu l-kwistjoni mal-manifattur.
Is-sentejn jibdew mill-jum li l-prodott jasal fil-pussess tiegħek. Jekk tidħol f'ħanut u toħroġ bi prodott, il-garanzija taqbad tgħodd f'dik id-data. Jekk ħallast għall-prodott imma wasal għandek f'data aktar tard, is-sentejn jibdew mill-jum ta' meta wasal.
Għaldaqstant għandek dejjem iżżomm l-irċevuti u l-istqarrija ta' konsenja (delivery statements)
LE - Bil-liġi l-bejjiegħ irid juri l-informazzjoni bażika fuq is-sit biex tkun tista' tikkuntattjah jekk ikollok xi problemi. Dan jinkludi isem il-kumpanija, in-numru ta' reġistrazzjoni, il-post fiżiku fejn jinsabu (mhux sempliċiment P.O.box), l-email u n-numru tat-telefown.
IVA - meta tixtri xi ħaġa minn fuq l-internet, għandek sebat ijiem ċans wara li tirċeviha biex tiddeċiedi jekk tridx iżżommha jew le. M'hemmx għalfejn tagħti raġuni. Sempliċiment informa lill-bejjiegħ li tixtieq tikkanċella l-ordni - ikollhom jagħtuk flusek lura. L-ammont li tingħata lura għandu jinkludi l-ispejjeż li ħallast għall-posta.
Madankollu, trid tkun int li tħallas il-posta biex tibgħat l-oġġett li ma tridx lura għand il-bejjegħ.
Għandek tkun taf ukoll li l-leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ mill-bogħod
Deutsch
English
español
français
italiano ma tgħoddx għall-irkant onlajn jew għal servizzi finanzjarji, trasport, akkomodazzjoni, forniment tal-ikel jew prenotazzjonijiet għal servizzi tal-ħin liberu.
LE - Il-bejjiegħ huwa responsabbli għall-konsenja ta' dak li tixtri mingħandu. Huwa l-bejjiegħ li għandu jikkuntattja lis-servizz tal-konsenja u juri li l-prodott wasal. Jekk il-bejjiegħ ma jistax juri dan, ikollu jibgħatlek il-prodott mill-ġdid jew iroddlok flusek lura.
LE - Għalkemm għandek sebat ijiem ċans biex tikkanċela xiri minn fuq l-internet jew permezz ta' metodi oħra ta' bejgħ mill-bogħod
Deutsch
English
español
français
italiano (bħat-telefown jew il-posta), hemm eċċezzjonijiet għall-vaganzi, l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u servizzi tal-ħin liberu. F'dan it-tip ta' xiri minn fuq l-internet, il-bejjiegħ m'għandux għalfejn jagħtik flusek lura jekk tħassar l-ordni tiegħek.
Madankollu, jista' jagħti l-każ li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-bejjiegħ stess jippermettulek tikkanċella u tieħu flusek (jew parti minnhom) lura. Aqra d-dettalji tal-kuntratt biex tara.
IVA - Għandek sebat ijiem biex tibdel il-fehma u tikkanċella dak li ordnajt
Deutsch
English
español
français
italiano. Dan hu minnu kull meta tixtri oġġetti mhux minn ħanut, pereżempju bit-telefown, faks, bil-posta jew minn fuq l-internet. Is-sebat ijiem jibdew mill-mument li tirċievi l-merkanzija.
LE - Avolja jeżisti perjodu ta' sebat ijiem biex tiddeċiedi tixtieqx iżżomm l-affarijiet li xtrajt mill-internet, peress li niżżilthom dawn id-diski, dan jgħodd bħala servizz li xtrajt u diġà użajt. Ma tistax tikkanċella servizz li diġà beda, bil-ftehim tiegħek.
Jekk prodott li tordna ma jasalx fi żmien 30 jum, tista' tħassar l-ordni. Jekk diġà ħallast, il-bejjiegħ irid iroddlok il-flus lura fi żmien 30 ġurnata.
Is-siti tal-irkant huma differenti mill-ħwienet fuq l-internet:
Meta tixtri xi ħaġa minn irkant fuq l-internet mhux bilfors għandek il-protezzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-bejgħ mill-bogħod
Deutsch
English
español
français
italiano. L-irkant huwa speċifikament eskluż minn dawn il-liġijiet tal-UE, għalkemm ċerti pajjiżi estendew il-leġiżlazzjoni tal-bejgħ mill-bogħod biex tinkludi l-irkant fuq l-internet.
Jekk tixtri prodotti mingħand individwu privat minflok minn kumpanija, kif ġeneralment jiġri f'irkant fuq l-internet, it-tranżazzjoni mhijiex koperta mil-leġiżlazzjoni tal-konsumatur
dansk
Deutsch
ελληνικά
English
español
suomi
français
italiano
Nederlands
português
svenska. Tranżazzjoni tal-konsumatur tinvolvi individwu privat li jixtri oġġetti jew servizzi mingħand bejjiegħ li jaġixxi fin-negozju jew professjoni tiegħu, bil-kontra ta' żewġ individwi li jaġixxu f'kapaċità privata.
Madankollu, is-siti t-tajbin tal-irkant fuq l-internet joffru lix-xerrejja xi livell ta' ħarsien u ħafna pariri dwar ix-xiri sigur fuq is-sit tagħhom.
Meta tixtri xi ħaġa mingħand individwu privat, m'għandekx dritt tikkanċella x-xiri tiegħek wara li jasal jew il-garanziji legali li jkollok meta tixtri mingħand bejjiegħ professjonali.
F'dan il-każ, kull ma għandek huwa l-informazzjoni li kellek meta xtrajt l-oġġett. Jekk il-prodott li xtrajt mhuweix kif kien irriklamat, tista' tibagħtu lura u titlob il-flus lura.
Tiddejjaqx tistaqsi l-bejjiegħa privati mistoqsijiet fid-dettall biex tevita li tispiċċa b'xi sorpriża kerha!
Sabiex tixtri minn fuq l-internet, trid tagħti ċerti dettalji personali (normalment ismek, l-indirizz u d-dettalji tal-bank). Madankollu, is-sit web għandu jistqarr kemm se tkun protetta l-informazzjoni privata dwarek.
Is-sit għandu jagħti l-għażla li wieħed jirrifjuta l-ġbir ta' dejta u li jgħid li ma jridx li d-dettalji tiegħu jintużaw għal xi raġuni oħra apparti t-tranżazzjoni. Fil-verità, dan normalment iseħħ billi tittikkja kaxxa fuq il-formola.
LE - Bil-liġi l-bejjiegħ irid juri l-informazzjoni bażika fuq is-sit biex tkun tista' tikkuntattjah jekk ikollok xi problemi. Dan jinkludi isem il-kumpanija, in-numru ta' reġistrazzjoni, il-post fiżiku fejn jinsabu (mhux sempliċiment P.O.box), l-email u n-numru tat-telefown.
Bħala resident tal-UE, tista' tixtri prodotti u servizzi minn fejn trid fl-UE. Madankollu, il-banek huma liberi jiddeċiedu jekk iħallukx tiftaħ kont.
Għandek toqgħod attent sew għal xi jkun ifisser għalik li jkollok kont tal-bank barra minn pajjiżek fil-prattika. Pereżempju, xi kumpaniji jistgħu jinsistu li jkollok kont tal-bank lokali fejn jistgħu jpoġġulek is-salarju. Jew il-bank Franċiż li int interessat fih jista' jinsisti li jkollok indirizz lokali.
Jista' jkollok bżonn tmur il-bank personalment biex tiftaħ kont ġdid, biex turi l-identità tiegħek. Xi tranżazzjonijiet komuni tal-bank jistgħu jieħdu aktar fit-tul jekk il-kont tiegħek ikun ibbażat barra, u jista' jkunlek diffiċli biex tagħmel ilment.
Ma tistax tintalab li tħallas aktar milli kieku qed tittrasferixxi l-flus bejn żewġ kontijiet f'pajjiżek.
It-tariffi għal pagamenti differenti jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra. L-uniku rekwiżit legali jkun li t-tariffa għal trasferiment lejn pajjiż ieħor tal-UE ma jaqbiżx it-tariffa lokali għall-istess tip ta' trasferiment (sakemm l-ammont trasferit ikun ta' inqas minn 50,000 ewro).
IVA - Il-kumpaniji jistgħu jużaw il-vantaġġi tas-suq uniku tal-UE biex ikollhom fondi tal-pensjoni f'pajjiż ieħor tal-UE. Dan jista' jwassal biex jiffrankaw il-flus jew għall-potenzjal ta' benefiċċji tal-pensjoni aħjar għalik.
Il-fondi tal-pensjonijiet, kemm jekk ikunu f'pajjiżek jew f'pajjiż ieħor tal-UE, iridu jsegwu regoli ta' prudenza stretti biex jiżguraw livell għoli ta' sikurezza. Ir-regoli tal-investiment tal-UE, pereżempju, jirrekjedu li l-fondi tal-pensjoni jinvestu flusek fl-aħjar interessi tiegħek.
Għal ammont inqas minn 50,000 ewro, trasferiment bankarju internazzjonali f'ewro fl-UE ma jiswikx aktar minn trasferiment bejn żewġ kontijiet tal-bank fl-istess pajjiż.
Għaldaqstant, it-trasferiment tal-bank tiegħek lil bejjiegħ Ġermaniż ma jiswikx iżjed milli kieku tkun qed tagħmel il-pagament f'kont tal-bank fil-Belġju. Kun ċerta li tagħti lill-bank tiegħek il-BIC u l-IBAN tal-kont tal-bank tal-bejjiegħ. Jista' jagħti l-każ li jkollok tħallas iżjed jekk le.
Jekk ikollok kont tal-bank f'ewro u tuża ATM biex tiġbed karti tal-ewro f'pajjiż ieħor tal-UE, ma tħallasx iżjed minn kemm tħallas biex tiġbed il-flus f'pajjiżek.
Jekk il-flus li tiġbed mill-ATM ma jkunux ewro (kroner Daniż, liri Ingliżi, eċċ), ikollok tħallas tariffi oħra.
IVA - Jekk tiġbed flus li ma jkunux ewro, il-banek involuti fit-tranżazzjoni jistgħu jżommulek il-flus.
Meta tiġbed xi karti tal-ewro f'pajjiż ieħor tal-UE, il-bank ma jistax iżommlok aktar milli kieku qed tagħmel dawn it-tranżazzjonijiet f'pajjiżek stess.
Fl-UE il-banek jagħmlu deċiżjoni kummerċjali fuq jekk jaċċettawx l-applikazzjoni għal self, abbażi tal-profil ta' riskju tas-somma proposta.
Il-banek ma jistgħux jiddiskriminaw kontra ċittadini tal-UE minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Iżda, il-pajjiż fejn tgħix jew fejn tieħu s-salarju jew il-lokalità tal-proprjetà li fuqha se jsir is-self, ħafna drabi jistgħu jkunu ta' xkiel għad-dejn jekk ma jkunux kollha fl-istess pajjiż.
MHUX NEĊESSARJAMENT - F'bosta pajjiżi tal-UE, l-assigurazzjoni titolari u l-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali huma kkunsidrati separati. Jista' jkollok bżonn assigurazzjoni oħra biex tkopri l-ispejjeż legali.