Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 10/2012
Għandek id-dritt li tirċievi tagħrif importanti ċar, korrett u li jinftiehem mingħand il-bejjiegħ tal-prodott jew tas-servizzi qabel tixtri.
Eżempji ta' dan jinkludu:
Dan japplika għax-xiri minn bejjiegħa fuq l-internet irreġistrati fl-UE, iżda MHUX għal xiri minn fuq siti web tal-irkant.
Dejjem tajjeb li tiċċekkja jekk il-bejjiegħ huwiex irreġistrat. Indirizz tal-internet li jispiċċa ".eu", ".ie", jew ".co.uk", eċċ, ma jfissirx bilfors li l-bejjiegħ huwa bbażat – u rreġistrat – fl-UE.
Andrzej mill-Polonja xtara xi kotba mingħand bejjiegħ onlajn – iżda l-karta ta' kreditu tiegħu ġiet iċċarġjata aktar mill-ammont totali muri fil-punt tal-bejgħ tas-sit web tal-bejjiegħ.
Minħabba li l-liġi tal-UE ġġiegħel lill-bejjiegħa juru l-informazzjoni dwar il-prezz sħiħ u korrett qabel ma xerrej jagħmel akkwist onlajn, Andrzej irrapporta l-kwistjoni kemm lill-kumpanija kif ukoll lill-awtoritajiet Pollakki. Wara l-intervenzjoni tal-awtoritajiet, ingħata lura d-differenza.
Meta tidħol f'kuntratt ma' fornitur tas-servizz, il-fornitur irid jipprovdik b'din l-informazzjoni (jew jiżgura li tista' tiksibha malajr u bla problemi fi kwalunkwe ħin):
Il-kuntratti jridu jkunu miktubin b'lingwa normali li tinftiehem u ma jistax ikun fiha
termini ta' kuntratt inġusti
English.
Il-fornitur irid jagħtik tagħrif dwar:
Laura mir-Rumanija riedet iddaħħal konnessjoni tal-internet fid-dar imma ma kinetx ċerta dwar il-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-pakketti varji li kienu qed jiġu offruti.
B'xorti tajba - kif meħtieġ bil-liġi - il-fornituri kollha tas-servizz taw biżżejjed dettalji fis-siti tagħhom. U Laura setgħet tikseb aktar tagħrif mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali Rumeni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.
Il-fornitur għandu wkoll:
Eric xtaq idaħħal l-internet fl-appartament waqt is-sena skambju universitarju li kellu f'Londra - iżda bosta fornituri qalulu li l-abbonament minimu kien ta' sentejn.
Wara li kkonsulta l-awtorità nazzjonali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u li tgħarraf dwar drittijietu, Eric reġa' kkuntattja l-fornituri u rnexxilu jagħmel abbonament ta' sena biss.