Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 10/2012
Hemm ħafna x'tista' tagħmel jekk taħseb li l-fornitur tas-servizz tiegħek kiser drittijietek (il-kondizzjnijiet tal-kuntratt, il-kwalità tas-servizz, eċċ.) jew tradiek xi bejjiegħ onlajn:
Bħala l-ewwel pass, ikkuntattja l-fornitur jew bejjiegħ u għidilhom li l-aġir tagħhom huwa illegali skont il-liġi nazzjonali u dik tal-Ewropa. Itlobhom jirrimedjaw il-problema qabel ma jkollok għalfejn tieħu passi ulterjuri.
Tista' tirreferihom għall-obbligi tagħhom – kif inhuma mniżlin fuq dan il-websajt u deskritti fid-dettall fil-Kodiċi tad-Drittjiet Onlajn tal-UE
English.
Jutta mill-Ġermanja ma kinetx ferħana bil-veloċità tal-konnessjoni tal-internet li, skont hi kienet inqas milli kien hemm miktub fil-kuntratt.
Ikkuntattjat il-fornitur tal-internet biex tilmenta, u dan kien biżżejjed biex huma jirranġaw is-sitwazzjoni billi jżidulha l-veloċità. Jutta ma kellhiex bżonn tieħu aktar azzjoni.
Il-pass li jmiss jekk il-fornitur jirrifjuta li jagħtik raġun. L-awtorità regolatorja nazzjonali
English fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (li jinkludi s-servizzi tal-internet) jista' jkollha s-setgħa tirrisolvi t-tilwim bejnek u l-fornitur tal-internet tiegħek.
Spiss ikollhom proċeduri speċifiċi għall-fornituri tas-servizz f'dak is-settur u jistgħu jsolvu t-tilwim malajr u b'mod ġust.
Tista' tibgħatilhom ilmenti dwar il-kondizzjonijiet kuntrattwali, il-kwalità tas-servizz, l-aċċess għan-netwerks u s-servizzi, eċċ.
Tista' tqiegħed ilment mal-awtorità nazzjonali għall-ħarsien tal-konsumatur
dwar kwalunkwe problema li għandek bis-servizzi onlajn.
Jekk bejjiegħ onlajn ikun ibbażat fl-UE, tista' wkoll tipprova tirrisolvi t-tilwima magħhom permezz ta' alternattiva jew proċedura għar-reżoluzzjoni tat-tilwim onlajn
.
Arvidas mil-Litwanja rċieva kont mingħand il-fornitur tal-internet tiegħu li kien ogħla mill-ammont stipulat fil-kuntratt.
Wara li pprova - għalxejn - jikkonvinċi lill-fornitur jibdel il-kont, Arvidas ma tantx xtaq jinvolvi proċeduri legali fit-tul. Iżda bl-użu tal-iskema Litwana ta' riżoluzzjoni alternattiva, irnexxielu jsib soluzzjoni bl-inqas inkonvenjenza għalih.
Bħala pass aħħari, tista' tieħu l-każ il-qorti.
Jekk temmen li drittijietek skont il-liġi tal-UE (inklużi d-drittijiet onlajn) ġew miksura, int intitolat:
Jekk l-azzjoni legali formali x'aktarx li se tqum wisq għalik, għandu jkollok id-dritt ta' għajnuna legali
English
Anki jekk il-fornitur tas-servizz jew bejjiegħ huma bbażati barra, xorta għandek id-dritt li l-każ jiġi ppruvat f'pajjiżek, jekk il-kumpanija hija "attiva kummerċjalment jew professjonalment lejn jew [...] f'pajjiżek".
F'ċerti każi (inklużi t-tranżazzjonijiet onlajn li jinvolvu sa €2,000), tista' tuża wkoll Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
English (l-Istat l-Membri kollha tal-UE minbarra d-Danimarka) - alternattiva mħeffa u kosteffettiva minflok il-proċeduri tal-qorti. Li tniedi proċedura għal talbiet żgħar huwa sempliċi, kemm tibgħat il-formoli standard għal talbiet żgħar
English.