Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 18/06/2012

shopping

Ftuħ ta' kont tal-bank

Drittijiet bażiċi

Jista' jagħti l-każ li tkun tixtieq jew teħtieġ tiftaħ kont tal-bank f'pajjiż ieħor tal-UE. Madankollu, il-bank għandu d-dritt li ma jaċċettax l-applikazzjoni tiegħek. Dik hija deċiżjoni ta' negozju privata għall-bank. Qabel ma jiftaħ kont ġdid, il-bank għandu bżonn isir jaf lill-klijenti potenzjali tiegħu. Dan jista' jirrekjedi aktar reqqa fl-evalwar tar-rikjesti għal kontijiet ġodda min-non residenti. Ċerti banek jista' jkollhom regola li ma jaċċettawx klijenti minn barra l-pajjiż.

Kwistjonijiet ta' residenza

Il-banek ħafna drabi jirrifjutaw li jħalluk tiftaħ kontijiet tal-bank jekk ma tkunx tgħix fil-pajjiż fejn huwa stabbilit il-bank. Iżda hemm banek li joffru prodotti bankarji speċifikament imfassla għan-non residenti jew l-espatrijati. Jekk jogħġbok dur ftit il-banek biex tara min minnhom joffri kontijiet għan-non residenti.

Din iċ-ċaħda hija aċċettabbli biss fil-preżenza ta' ġustifikazzjoni kummerċjali soda. Il-banek ma jistgħux jiddiskriminaw kontra ċittadini tal-UE minħabba n-nazzjonalità tagħhom.

Storja bħala eżempju

Kun af li tista' tiċċaħħad li tiftaħ kont bankarju barra minn pajjiżek

Sándor qabad jaħdem għal kumpanija bbażata fir-Repubblika Ċeka filwaqt li kompla jgħix fl-Ungerija. Il-kumpanija talbitu jiftaħ kont bankarju fir-Repubblika Ċeka biex ipoġġi s-salarju tiegħu fih.

Il-banek Ċeki ċaħdulu dan id-dritt għax ma kienx resident, u l-kumpanija rrifjutat li tqiegħed is-salarju tiegħu f'kont bankarju fl-Ungerija.

Sándor għamel ilment permezz ta' proċeduri tal-appell tal-bank ikkonċernat. Jekk ma jkunx sodisfatt bir-riżultat, jista' jirreferi l-kwistjoni lin-netwerk għall-ilmenti barra mill-qorti għas-servizzi finanzjarji Deutsch English français.

Residenti temporanji wkoll jistgħu jħabbtu wiċċhom ma' problemi biex jiftħu kont tal-bank, peress li ċerti banek jinsistu li jintwerew dokumenti li juru residenza fit-tul.

Storja bħala eżempju

Ivverifika jekk iċ-ċaħda hijiex iġġustifikata b'raġunijiet kummerċjali

Rosa, ċittadina Portugiża, marret tgħix fir-Renju Unit biex taħdem hemm u ppruvat tiftaħ kont tal-bank. Il-bank li kkuntattjat ried prova li kienet ilha residenti fir-Renju Unit għal tal-anqas tliet snin.

Għalkemm il-bank għandu d-dritt jiddeċiedi jekk iħallix lil xi ħadd jiftaħ kont ġdid jew le, bħala ċittadina ta' pajjiż fl-UE, Rosa għandha dritt għal trattament ugwali bħaċ-ċittadini tar-Renju Unit.

Għandha tistaqsi lill-bank għal stqarrija bil-miktub fejn jispjega r-raġunijiet għaċ-ċaħda.

Jekk tħoss li dan huwa każ ta' diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u li d-deċiżjoni tal-bank mhijiex ġustifikata b'raġunijiet kummerċjali, tista' tieħu l-ilment tagħha għand organizzazzjoni tal-ħarsien tal-konsumatur bħan-netwerk Ewropea għall-ilmenti barra mill-qorti għas-servizzi finanzjarji Deutsch English français.

Flusek protetti

Il-flus fil-kont tal-bank fl-UE tiegħek attwalment protetti (sa 100,000 ewro - aktar f'ħafna pajjiżi) fil-każ ta' inadempjenza mill-bank.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.