Mogħdija tan-navigazzjoni
Dawn il-mistoqsijiet saru f'servizz ta' parir għall-konsumatur Ewropew. Għandek xi mistoqsijiet?
Ikkuntattja ċ-Ċentru tal-Konsumatur Ewropew lokali tiegħek.
English
Bħala resident tal-UE, tista' tixtri prodotti u servizzi minn fejn trid fl-UE. Madankollu, il-banek huma liberi jiddeċiedu jekk iħallukx tiftaħ kont.
Għandek toqgħod attent sew għal xi jkun ifisser għalik li jkollok kont tal-bank barra minn pajjiżek fil-prattika. Pereżempju, xi kumpaniji jistgħu jinsistu li jkollok kont tal-bank lokali fejn jistgħu jpoġġulek is-salarju. Jew il-bank Franċiż li int interessat fih jista' jinsisti li jkollok indirizz lokali.
Jista' jkollok bżonn tmur il-bank personalment biex tiftaħ kont ġdid, biex turi l-identità tiegħek. Xi tranżazzjonijiet komuni tal-bank jistgħu jieħdu aktar fit-tul jekk il-kont tiegħek ikun ibbażat barra, u jista' jkunlek diffiċli biex tagħmel ilment.
Ma tistax tintalab li tħallas aktar milli kieku qed tittrasferixxi l-flus bejn żewġ kontijiet f'pajjiżek.
It-tariffi għal pagamenti differenti jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra. L-uniku rekwiżit legali jkun li t-tariffa għal trasferiment lejn pajjiż ieħor tal-UE ma jaqbiżx it-tariffa lokali għall-istess tip ta' trasferiment (sakemm l-ammont trasferit ikun ta' inqas minn 50,000 ewro).
IVA - Il-kumpaniji jistgħu jużaw il-vantaġġi tas-suq uniku tal-UE biex ikollhom fondi tal-pensjoni f'pajjiż ieħor tal-UE. Dan jista' jwassal biex jiffrankaw il-flus jew għall-potenzjal ta' benefiċċji tal-pensjoni aħjar għalik.
Il-fondi tal-pensjonijiet, kemm jekk ikunu f'pajjiżek jew f'pajjiż ieħor tal-UE, iridu jsegwu regoli ta' prudenza stretti biex jiżguraw livell għoli ta' sikurezza. Ir-regoli tal-investiment tal-UE, pereżempju, jirrekjedu li l-fondi tal-pensjoni jinvestu flusek fl-aħjar interessi tiegħek.
Għal ammont inqas minn 50,000 ewro, trasferiment bankarju internazzjonali f'ewro fl-UE ma jiswikx aktar minn trasferiment bejn żewġ kontijiet tal-bank fl-istess pajjiż.
Għaldaqstant, it-trasferiment tal-bank tiegħek lil bejjiegħ Ġermaniż ma jiswikx iżjed milli kieku tkun qed tagħmel il-pagament f'kont tal-bank fil-Belġju. Kun ċerta li tagħti lill-bank tiegħek il-BIC u l-IBAN tal-kont tal-bank tal-bejjiegħ. Jista' jagħti l-każ li jkollok tħallas iżjed jekk le.
Jekk ikollok kont tal-bank f'ewro u tuża ATM biex tiġbed karti tal-ewro f'pajjiż ieħor tal-UE, ma tħallasx iżjed minn kemm tħallas biex tiġbed il-flus f'pajjiżek.
Jekk il-flus li tiġbed mill-ATM ma jkunux ewro (kroner Daniż, liri Ingliżi, eċċ), ikollok tħallas tariffi oħra.
IVA - Jekk tiġbed flus li ma jkunux ewro, il-banek involuti fit-tranżazzjoni jistgħu jżommulek il-flus.
Meta tiġbed xi karti tal-ewro f'pajjiż ieħor tal-UE, il-bank ma jistax iżommlok aktar milli kieku qed tagħmel dawn it-tranżazzjonijiet f'pajjiżek stess.
Fl-UE il-banek jagħmlu deċiżjoni kummerċjali fuq jekk jaċċettawx l-applikazzjoni għal self, abbażi tal-profil ta' riskju tas-somma proposta.
Il-banek ma jistgħux jiddiskriminaw kontra ċittadini tal-UE minħabba n-nazzjonalità tagħhom. Iżda, il-pajjiż fejn tgħix jew fejn tieħu s-salarju jew il-lokalità tal-proprjetà li fuqha se jsir is-self, ħafna drabi jistgħu jkunu ta' xkiel għad-dejn jekk ma jkunux kollha fl-istess pajjiż.
MHUX NEĊESSARJAMENT - F'bosta pajjiżi tal-UE, l-assigurazzjoni titolari u l-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali huma kkunsidrati separati. Jista' jkollok bżonn assigurazzjoni oħra biex tkopri l-ispejjeż legali.