Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Għal pagamenti internazzjonali ta' ewro fl-UE, il-banek ma għandhomx iżommulek aktar milli kieku kienet tranżazzjoni nazzjonali tal-istess valur f'ewro.
Din ir-regola tapplika għall-pagamenti pproċessati f'ewro, inklużi:
Pagamenti internazzjonali f'muniti oħra, mhux ewro ma humiex soġġetti għal dawn id-dispożizzjonijiet.
Il-banek fil-pajjiżi tal-UE li ma jużawx l-ewro jridu wkoll iżommu l-istess miżati għal tranżazzjonijiet fl-UE daqslikieku kien trasferiment domestiku, jekk il-pagament jew trasferiment isir bl-ewro.
Lidia, fl-Italja, ħadet xokk bil-miżati għoljin li talbuha tħallas biex titrasferixxi 100 ewro lejn il-Ġermanja. Ikkuntattjat liċ-ċentru tal-konsumatur
English lokali biex tara jekk drittijietha skont il-liġi tal-UE kienux qed jiġu rrispettati.
Irriżulta li ż-żewġ banek involuti kienu żammew il-miżata korretta għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti nazzjonali. Il-bank Taljan tagħha żammilha l-istess somma bħal ma jżomm għal trasferiment nazzjonali fl-Italja stess, mentri l-bank Ġermaniż żamm l-istess miżata bħal ma jżomm għal pagament li jkun ġej mill-Ġermanja stess.
Il-miżati tal-banek ivarjaw ħafna bejn bank u ieħor u bejn pajjiż u ieħor.
Ir-regoli tal-UE dwar il-miżati tal-banek għal pagamenti internazzjonali u nazzjonali f'ewro ma jgħoddux għaċ-ċekkijiet.
Ikun hemm xi kultant miżati ta' tranżazzjoni għoljin wisq biex wieħed isarraf ċekk minn pajjiż ieħor tal-UE.
Barra minn hekk, iċ-ċekkijiet ma għadhomx aċċettati bħala metodu ta' pagament f'ħafna pajjiżi tal-UE. Nagħtuk parir ma tużax ċekkijiet għal pagamenti internazzjonali fl-UE.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja