Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Finanzi personali

Aġġornat : 31/01/2012

shopping

Kreditu, self u ipoteki

Ipoteki

Bank f'pajjiż ieħor tal-UE jagħmel deċiżjoni kummerċjali fuq jekk jaċċettax l-applikazzjoni għal self, abbażi tal-profil ta' riskju tas-somma proposta.

Il-banek ma jistgħux jiddiskriminaw kontra ċittadini tal-UE minħabba n-nazzjonalità tagħhom.  Madankollu, il-pajjiż fejn tgħix jew il-lokalità tal-proprjetà li fuqha qed tintalab l-ipoteka bosta drabi jagħmluha diffiċli biex wieħed jikseb ipoteka.

Ħafna drabi l-banek jirrifjutaw li jagħtu ipoteki fuq proprjetajiet li jinsabu f'pajjiż ieħor, jew lil persuni li jaqilgħu l-għajxien tagħhom jgħixu f'pajjiż ieħor minn dak fejn hu stabbilit il-bank.

Storja bħala eżempju

Staqsi lill-bank tiegħek dwar il-politika ta' riskju tiegħu lil hinn mix-xtut nazzjonali tagħhom

Peress li dalwaqt kien se jibda jaħdem fir-Renju Unit, Ismail biegħ l-appartamenti tiegħu fi Franza. Imbagħad ipprova jissellef il-flus mill bank Franċiż tiegħu biex jixtri appartament fir-Renju Unit.

Il-bank ċaħad it-talba għas-self peress li l-proprjetà li se tintuża bħala kollateral tkun tinsab barra minn Franza.

Il-bank għandu kull dritt jaċċetta jew jiċħad self b'sigurtà f'pajjiż ieħor. Bosta banek iqisu dan bħala riskju mhux aċċettabbli fil-każ ta' inadempjenza.

Kreditu tal-konsumatur

Bl-istess mod bħall-ipoteki, il-banek jistgħu ma jkunux iridu jisilfu l-flus lil residenti ta' pajjiżi oħra jew saħansitra li jisilfu lil residenti tal-istess pajjiż li jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE.

Il-banek huma liberi li jistipolaw dan it-tip ta' limitu fuq is-self. Madankollu, ma jistgħux jiddiskriminaw kontra xi ħadd minn pajjiż tal-UE skont in-nazzjonalità ta' dik il-persuna.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.