Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Bħala ċittadin tal-UE, għandek id-dritt li tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE. Jekk tgħix hemm għal anqas minn 3 xhur, kull ma teħtieġ hi karta tal-identità jew passaport.
F'ħafna pajjiżi tal-UE, ikun jeħtieġlek iġġor il-ħin kollu fuqek il-karta tal-identità nazzjonali jew il-passaport.
F'dawn il-pajjiżi, tista' tkun immultat jew arrestat temporarjament jekk tħalli d-dokumenti tal-identità tiegħek id-dar - iżda ma tistax titkeċċa minħabba f'hekk.
Ċerti pajjiżi tal-UE jitolbu minnek li tirrapporta l-preżenza tiegħek fi żmien raġonevoli wara li tasal u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma tagħmilx dan.
Qabel ma tmur f'pajjiż ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandek żmien biex tagħmel dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex tirrapporta l-preżenza tiegħek hemm mal-awtoritajiet nazzjonali.
Kulma jeħtieġlek biex tirrapporta l-preżenza tiegħek hi l-karta tal-identità jew il-passaport. Ma jeħtiġlekx tagħmel ebda ħlas. Jekk qed toqgħod f'lukanda, normalment ikun biżżejjed li timla formola għal tal-apposta - il-lukanda tieħu ħsieb tal-kumplament.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, meta tonqos li tirrapporta l-preżenza tiegħek tista' teħel multa, iżda ma tistax titkeċċa minħabba f'hekk.
Hans li hu Awstrijak u ta' kull sena jgħaddi l-vaganzi tas-sajf mal-kosta Taljana. Is-sajf li għadda dam l-Italja għal xahrejn fl-appartament tiegħu. Hu rrapporta l-preżenza tiegħu iżda l-awtoritajiet Taljani talbuh jirreġistra wkoll lilu nnifsu f'uffiċċju muniċipali u biex jipporva li kellu biżżejjed mezzi biex ifendi għal rasu fl-Italja.
Iżda Hans għandu dritt li jgħix l-Italja sa 3 xhur mingħajr ma jipprovdi ebda dokument ieħor ħlief il-karta tal-identità tiegħu. Jekk jgħix għal perjodu qasir ta' żmien biss, l-awtoritajiet Taljani jistgħu jitolbuh jirrapporta l-preżenza tiegħu, iżda mhux li jirreġistra.
Meta tkun hemm, għandek tkun ittrattat daqs ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li tingħata x-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Anke jekk tkun hemm bħala turist, ma għandekx, pereżempju, tħallas aktar flus biex tagħmel żjara f'mużewijiet jew meta tixtri biljetti tat-trasport, eċċ.
Eċċezzjoni: Jekk int pensjonant, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kemm lilek kif ukoll lil familtek għajnuna finanzjarja għall-ewwel 3 xhur fil-pajjiż.
Il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċik għal raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew ta' saħħa pubblika - iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li int ta' theddida serja.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għandha tingħatalek bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif int tista' tappella u sa meta.
Għandek dritt tgħix f'kull pajjiż tal-UE fejn tista' taħdem, taħdem għal rasek jew tintbagħat taħdem.
Jekk tingħata s-sensja meta tkun tgħix f'pajjiż ieħor, tista' żżomm id-dritt tiegħek li taħdem u li tgħix hemm jekk int:
Jekk int pensjonant/a tista' tgħix f'kull pajjiż ieħor tal-UE jekk għandek:
L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flus tiegħek ikun aktar mil-livell li jikkwalifikak għal għajnuna finanzjajra bażika.
Matul l-ewwel 3 xhur li tkun toqgħod fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, ma tistax tintalab biex tirreġistra (ħalli takkwista dokument li jikkonferma d-dritt tiegħek ta' residenza) iżda tista' tagħmel dan jekk tixtieq.
Wara 3 xhur fil-pajjiż ġdid tiegħek, jista' jkun jeħtieġlek tirreġistra mal-awtorità rilevanti (ta' spiss l-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija).
Biex takkwista ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek, jeħtieġlek:
M'hemmx bżonn tipprovdi ebda dokument ieħor.
Meta tirreġistra, għandek tingħata ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Dan iċ-ċertifikat jikkonferma d-dritt tiegħek li tgħix fil-pajjiż ġdid tiegħek; hu juri ismek u l-indirizz tiegħek u d-data tar-reġistrazzjoni.
Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandu jinħariġlek immedjatament u ma tħallasx aktar mill-prezz li ċ-ċittadini tal-pajjiż iħallsu għall-karti tal-identità.
Dan għandu jkun validu b'mod indefinit (ma għandux jiġġedded), għalkemm jista' jkun jeħtieġlek tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet lokali.
Jekk ikollok tirreġistra, tista' teħel multa talli ma tkunx għamilt dan iżda tista' tkompli tgħix fil-pajjiż u ma tistax titkeċċa minħabba f'hekk biss.
F'ħafna pajjiżi, se jkollok bżonn iġġorr fuqek iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni u l-karta tal-identità tiegħek jew il-passaport il-ħin kollu. Jekk tħallihom id-dar, tista' tingħata multa iżda ma tistax titkeċċa minħabba f'hekk biss.
Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek, tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Kurt hu Ġermaniż li mar jgħix il-Belġju biex jaħdem bħala avukat indipendenti bi sħab. Meta mar biex jirreġistra l-uffiċċju muniċipali, qalulu li ma setax jibda jaħdem qabel ma jirċievi ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni.
Dan mhux korrett: bħala ċittadin tal-UE, Kurt jista' jaħdem bħala persuna b'impjieg għal rasu mingħajr ma joqgħod jistenna ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Ikun xi jkun il-każ, l-awtoritajiet għandhom joħorġu ċertifikat ta' reġistrazzjoni immedjatament meta dan jintalab.
Stéphane hu inġinier Franċiż li ntbagħat jaħdem fir-Repubblika Ċeka għal 6 xhur. Għandu jirreġistra fi Praga, fejn jaħdem fil-fergħa lokali tal-kumpanija Amerikana tiegħu, iżda l-awtoritajiet Ċeki rrifjutaw li jirreġistrawh minħabba li l-passport tiegħu kellu xahar ieħor biex jiskadi.
Tabilħaqq, Stéphane kellu jingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni immedjatament billi l-unika kundizzjoni hi li d-dokument ta' identità li jkollu jkun validu fil-ħin tar-reġistrazzjoni.
Matul iż-żmien li tkun qed toqgħod fil-pajjiż ġdid tiegħek, għandek tkun trattat daqs ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalek ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Tista' tgħix fil-pajjiż l-ieħor tal-UE sakemm tkompli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal residenza. Jekk tieqaf tagħmel dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuk titlaq.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċik għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li int ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex tħalli l-pajjiż għandha tingħatalek bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif int tista' tappella u kemm għandek żmien biex tagħmel dan.
Jekk tkun għext legalment f'pajjiż ieħor tal-UE għal 5 snin kontinwi - bħala impjegat mibgħut taħdem f'pajjiż ieħor, pensjonant jew persuna li taħdem għal rasha - int awtomatikament takkwista d-dritt ta' residenza permanenti hemm. Dan ifisser li tista' ddum tgħix fil-pajjiż kemm trid.
Il-kontinwità ta' residenza tiegħek mhix affettwata minn:
Tista' titlef id-dritt tiegħek għal residenza permanenti jekk tgħix barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.
Tista' tikkwalifika għal residenza permanenti bikrija, jekk tkun waqaft taħdem minħabba:
Dan hu differenti miċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni li hu obbligatorju f'ħafna pajjiżi. Id-dokument ta' residenza permanenti mhux obbligatorju. Hu jikkonferma d-dritt tiegħek li tgħix fil-pajjiż fejn attwalment tkun qed tgħix b'mod permanenti, mingħajr kundizzjonijiet oħra.
Dan ifisser li l-awtoritajiet x'aktarx m'għadx għandhom bżonn il-provi li int impjegat, li għandek riżorsi biżżejjed, assigurazzjoni tas-saħħa, eċċ. Id-dokument ta' residenza permanenti jista' jkun utli meta jkollok x'taqsam mal-awtoritajiet jew għall-formalitajiet amministrattivi.
Jekk titlob lill-awtoritajiet għal dokument ta' residenza permanenti, dawn għandhom joħorġuhulek malajr kemm jista' jkun u ma għandekx tħallas aktar milli jħallsu ċ-ċittadin tal-pajjiż għal karti tal-identità. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Id-dokument għandu jkun validu b'mod indefinit u ma għandux għalfejn jerġa' jiġġedded.
Biex takkwista wieħed, għandek tippreżenta:
jew
Matul iż-żmien li tkun toqgħod b'mod permanenti f'pajjiż ieħor, għandek tgawdi mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tiegħu.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż fejn tgħix jista' jiddeċiedi li jkeċċik għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li int ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għandha tingħatalek bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif int tista' tappella u sa meta.
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja