Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Kun af dwar id-drittijiet tal-membri ta' familtek li mhumiex ċittadini tal-UE u li jixtiequ jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek.
Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjież ieħor tal-UE. Jekk dawn joqogħdu għal anqas minn 3 xhur, kull ma jkun jeħtiġilhom hu passaport validu u kultant, skont il-pajjiż li ġejjin minnu, viża tad-dħul.
Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti/l-eżenzjonijiet għal viża tad-dħul.
Qabel ma titlaq, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulat tal-pajjiż li sejjer fih biex tara jekk il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE jeħtiġilhomx viża tad-dħul, u kemm iddum biex tinħarġilhom.
Ċerti pajjiżi tal-UE jeħtieġu li l-mara/ir-raġel, l-ulied (neputijiet) jew il-ġenituri (nanniet) li jirrapportaw il-preżenza tagħhom f'perjodu raġonevoli ta' żmien wara li jaslu u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma jagħmlux dan.
Qabel ma tmur f'pajjiż ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandek żmien biex tagħmel dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex tirrapporta l-preżenza lill-awtoritajiet nazzjonali.
Kulma jeħtiġilhom biex jirrapportaw il-preżenza tagħhom hu passaport. Ma jeħtiġilhom jagħmlu ebda ħlas. Jekk qed joqogħdu f'lukanda, normalment ikun biżżejjed li jimlew formola għal tal-apposta - il-lukanda tieħu ħsieb tal-kumplament.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, meta jonqsu li jirrapportaw il-preżenza tagħhom jistgħu jingħataw multa, iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Żewġek/martek, uliedek jew il-ġenituri tiegħek għandhom iġorru l-passaport tagħhom fuqhom il-ħin kollu.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, jistgħu jiġu mmultat jew arrestati temporarjament jekk iħallu d-dokumenti tal-identità tagħhom id-dar - iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Meta jkunu hemm, għandhom ikunu trattati daqs ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Anke jekk ikunu hemm bħala turisti, ma għandhomx, pereżempju, iħallsu aktar flus biex iżuru l-mużewijiet jew meta jixtru biljetti tat-trasport, eċċ.
Eċċezzjoni: Jekk int pensjonant, ċerti pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lilek u lil familtek għajnuna finanzjarja għall-ewwel 3 xhur f'dak il-pajjiż.
Il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċi lil żewġek/martek, uliedek (neputijietek) jew ġenituri tiegħek (nannietek) għal raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew ta' saħħa pubblika - iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikkjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Jekk qed taħdem f'pajjiż ieħor - bħala impjegat, bħala persuna impjegata għal rasha jew mibgħut taħdem hemm, żewġek/martek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek hemm mingħajr ma jkollhom bżonn jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni oħra.
Jekk int pensjonant/a li qed tgħix f'pajjiż ieħor, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jgħixu wkoll hemm miegħek jekk għandek (għalik u għal familtek kollha):
L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għal għajnuna finanzjajra bażika.
Martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) għandhom japplikaw għal dokument ta' residenza mal-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid (ta' spiss l-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom. Biex jagħmlu dan jeħtiġilhom:
Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.
Il-dokument ta' residenza ta' spiss jinħareġ bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).
Fuq id-dokument ta' residenza għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li dan hu dokument ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin mill-UE.
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu jew le d-dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanat li biħsiebek toqgħod, jekk iqsar), għalkemm jaf ikollok bżonn tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet.
F'ħafna pajjiżi, żewġek/martek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) ikun jeħtiġilhom li jġorru l-ħin kollu fuqhom id-dokument ta' residenza u l-passaport. Jekk iħalluhom id-dar, jistgħu jingħataw multa iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Martek/żewġek, uliedek jew il-ġenituri tiegħek għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid (ta' spiss l-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom. Imbagħad jinħarġilhom dokument ta' residenza.
Biex jakkwistaw dokument ta' residenza, martek/żewġek, uliedek jew il-ġenituri tiegħek jeħtiġilhom:
Ma għandhomx għalfejn jintalbu li jippreżentaw dokumenti oħrajn.
Id-dokument ta' resisenza ta' spiss jinħareġ bla ħlas. Jekk isir ħlas, dan ma għandux ikun aktar milli jħallsu ċ-ċittadini tal-pajjiż għal dokumenti simili.
Fuq id-dokument ta' residenza għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li dan hu dokument ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin mill-UE.
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu u joħorġu d-dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanant li biħsiebhom joqogħdu, jekk iqsar). Kull bdil ta' indirizz jista' jeħtieġlu li jkun irrapportat lill-awtoritajiet.
F'ħafna pajjiżi, żewġek/martek, uliedek jew il-ġenituri tiegħek ikun jeħtiġilhom li jġorru l-ħin kollu fuqhom id-dokument ta' residenza. Jekk iħalluhom id-dar, jistgħu jingħataw multa jew jinżammu temporanjament arrestati iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) għandhom ikunu trattati daqs iċ-ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, u tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Irina hi Ġermaniża u tgħix fir-Renju Unit. Ommha li hi Russa applikat għal dokument ta' residenza fir-Renju Unit, li għalih kienet mitluba tagħtihom il-passaport tagħha.
L-awtoritajiet Ingliżi qalu lil Irina li biex joħorġulha dokument ta' residenza jistgħu jieħdu aktar minn sena. Omm Irina inkwietat li jekk ma jirnexxilhiex tieħu lura l-passaport fil-ħin, ma tkunx tista' tmur lura r-Russja għall-Milied, jew li wara titħalla tidħol lura fir-Renju Unit.
Fil-fatt, id-drittijiet ta' residenza ta' membri tal-familja li mhumiex mill-UE jistipulaw li l-awtoritajiet kellhom joħorġulha dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur u li ma setgħux iżommulha l-passaport matul dan il-perjodu.
Jekk kont qed tgħix kif titlob il-liġi f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma takkwista residenza permanenti fih, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jibqgħu hemm jekk ikun ilhom jgħixu fih għal tal-anqas sena qabel mewtek.
Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Jekk takkwista d-divorzju qabel ma tingħata residenza permanenti fil-pajjiż l-ieħor (li normalment jeħtieġlek li tgħix fih għal 5 snin) - martek/żewġek, uliedek (neputijietek) u l-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu hemm jekk:
Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Wara li jkun ilhom jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE b'mod kontinwu għal 5 snin, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jakkwistaw b'mod awtomatiku d-dritt ta' residenza permanenti fih mingħajr ma jkollhom jissodisfaw aktar kundizzjonijiet - huma jkunu jistgħu joqogħdu kemm iridu anki jekk ikunu bla xogħol u jkun jeħtiġilhom għajnuna finanzjarja.
Il-kontinwità ta' residenza tagħhom mhix affettwata minn:
Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.
Jistgħu jitilfu id-dritt tagħhom għal residenza permanenti jekk jgħixu barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.
Jekk kont impjegat jew taħdem għal rasek f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma takkwista residenza permanenti fih, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jirċievu trattament speċjali. Dan jista' jinkludi l-permess biex joqogħdu b'mod permanenti jekk:
Lejn l-aħħar tal-5 sena ta' residenza kontinwa tagħhom skont kif titlob il-liġi martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) għandhom japplikaw mal-awtoritajiet għal dokument ta' residenza permanenti.
Il-dokument ta' residenza permanenti ta' spiss jinħareġ bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).
Id-dokument għandu jkun validu għal 10 snin u jiġġedded b'mod awtomatiku mingħajr ebda kundizzjoni jew rekwiżit.
Meta japplikaw għad-dokument ta' residenza permanenti tagħhom, huma għandhom jippreżentaw prova li kien ilhom jgħixu skont kif titlob il-liġi fil-pajjiż għal 5 snin - pereżempju, dokument ta' residenza validu li jkun inħarġilhom 5 snin ilu.
Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata dokument ta' residenza permanenti għal martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek), tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jkomplux jagħmlu dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika, kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja