Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Il-partner tiegħek jew qrabatek jistgħu jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE. Jekk dawn joqogħdu għal anqas minn 3 xhur, kull ma jkun jeħtiġilhom hu passaport validu u kultant, skont liema pajjiż li ġejjin minnu, viża tad-dħul.
Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet possibbli għal viża tad-dħul.
Qabel ma titlaq, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulat tal-pajjiż li sejjer fih biex tara jekk il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE jeħtiġilhomx viża tad-dħul, u kemm iddum biex tinħarġilhom.
Ċerti pajjiżi tal-UE jeħtieġu li qraba jew il-partner jirrapportaw il-preżenza tagħhom f'perjodu raġonevoli ta' żmien wara li jaslu u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma jagħmlux dan.
Qabel ma tmur f'pajjiż ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandek żmien biex tagħmel dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex tirrapporta l-preżenza lill-awtoritajiet nazzjonali.
Kulma jeħtiġilhom biex jirrapportaw il-preżenza tagħhom hu passaport. Ma jeħtiġilhom jagħmlu ebda ħlas. Jekk qed joqogħdu f'lukanda, normalment ikun biżżejjed li jimlew formola għal tal-apposta - il-lukanda tieħu ħsieb tal-kumplament.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, meta jonqsu li jirrapportaw il-preżenza tagħhom jistgħu jingħataw multa, iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Billi qrabatek/il-partner tiegħek għandu mnejn ikollhom jippruvaw f'kull ħin li għandhom id-dritt li jgħixu fil-pajjiż (pereżempju, jekk iwaqqfuhom il-pulizija), għandu jkollhom il-passaport fuqhom il-ħin kollu.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, jistgħu jiġu mmultati jew arrestati temporarjament jekk iħallu d-dokumenti tal-identità tagħhom id-dar - iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Meta jkunu hemm, għandhom ikunu trattat daqs ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħataw ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Anke jekk ikunu hemm bħala turisti, ma għandhomx, pereżempju jħallsu aktar flus biex iżuru l-mużewijiet jew meta jixtru biljetti tat-trasport, eċċ.
Eċċezzjoni: Jekk int pensjonant, ċerti pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lilek u lil familtek għajnuna finanzjarja għall-ewwel 3 xhur f'dak il-pajjiż.
Il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċi lil qrabatek jew lil partner tiegħek li mhumiex mill-UE għal raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew ta' saħħa pubblika - iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikkjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
L-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE fejn qed taħdem għandhom jivvalutaw jekk qrabatek/il-partner tiegħek li mhumiex mill-UE għandhomx jiġu awtorizzati li joqogħdu bħala membri ta' familtek (billi int ċittadin tal-UE impjegat, issekondat jew taħdem għal rasek hemm għal aktar minn 3 xhur). Il-valutazzjoni għandha ssir abbażi tal-kundizzjonijiet nazzjonali u każ b'każ.
Jekk int pensjonant, l-awtoritajiet għandhom jivvalutaw jekk qrabatek jew il-partner tiegħek li mhumiex mill-UE jistgħux joqogħdu aktar minn 3 xhur, jekk għandek (għalik u għal familtek kollha):
L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għal għajnuna finanzjajra bażika.
Qrabatek jew il-partner tiegħek għandhom japplikaw għal dokument ta' residenza mal-awtoritajiet (ta' spiss fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom. Biex jagħmlu dan jeħtiġilhom:
Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu jew le d-dokument ta' residenza lill-qraba jew lill-partners li mhumiex mill-UE fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Jekk l-applikazzjoni tkun rifjutata, jistgħu jappellaw. L-awtoritajiet għandhom jagħtuhom id-deċiżjoni bil-miktub, billi jiddikjaraw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, u jispeċifikaw kif qrabatek/il-partner tiegħek jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċettat, huma għandu jinħarġilhom dokument ta' residenza. Id-dokumenti ta' residenza jinħarġu ta' spiss bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).
Il-dokument ta' residenza għandu jindika b'mod ċar li hu d-dokument ta' residenza ta' membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE.
Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanat li biħsiebek toqgħod, jekk iqsar), għalkemm int jaf ikollok bżonn tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet.
Billi qrabatek jew il-partner tiegħek għandu mnejn ikollhom jippruvaw f'kull ħin li għandhom id-dritt li jgħixu fil-pajjiż (pereżempju, jekk iwaqqfuhom il-pulizija), għandu jkollhom il-passaport u d-dokument ta' residenza fuqhom il-ħin kollu.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, jistgħu jiġu mmultat jew arrestati temporarjament jekk iħallu d-dokumenti tal-identità tagħhom id-dar - iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Karim, li hu Franċiż, mar jgħix il-Belġju għal apprendistat ta' sena. Zijuh li hu Alġerin marad serjament. Billi Karim, hu l-unika qarib tiegħu, jixtieq li zijuh jiġi l-Belġju biex b'hekk ikun jista' jieħu ħsiebu hu u jagħmel diversi testijiet mediċi.
Hu jista' jitlob lill-awtoritajiet Belġjani biex iħallu lil zijuh joqgħod hemm għal xahrejn. Huma u jiddeċiedu, l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw kemm il-problemi tas-saħħa kif ukoll il-fatt li Karim hu l-uniku qarib tiegħu.
Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, qrabatek jew il-partner tiegħek għandhom ikunu trattat daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Qrabatek jew il-partner tiegħek li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, u tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Jekk kont qed tgħix kif titlob il-liġi f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma akkwistajt residenza permanenti fih, qrabatek u l-partner tiegħek jistgħu jibqgħu hemm jekk ikun ilhom jgħixu fih għal tal-anqas sena qabel mewtek.
Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Wara li jkunu ilhom jgħixu skont ma' titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor tal-UE, b'mod kontinwu għal 5 snin, qrabatek jew il-partner tiegħek awtomatikament jakkwistaw id-dritt ta' residenza permanenti fih, bl-istess mod li jakkwistawh martek/żewġek u wliedek li mhumiex mill-UE.
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għall-miżżewġin u l-ulied li mhumiex mill-UE
apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet
apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet
apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet
apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet