Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Ħaddiema u pensjonanti

Aġġornat : 23/04/2014

living-abroad

Membri tal-familja mhux mill-UE

Partner / qraba oħra li mhumiex reġistrati
Partner / qraba oħra li mhumiex reġistrati

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Il-partner tiegħek jew qrabatek jistgħu jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE. Jekk dawn joqogħdu għal anqas minn 3 xhur, kull ma jkun jeħtiġilhom hu passaport validu u kultant, skont liema pajjiż li ġejjin minnu, viża tad-dħul.

Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet possibbli għal viża tad-dħul.

Qabel ma titlaq, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulat tal-pajjiż li sejjer fih biex tara jekk il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE jeħtiġilhomx viża tad-dħul, u kemm iddum biex tinħarġilhom.

Il-preżenza tagħhom jeħtiġilha tkun rappurtata

Ċerti pajjiżi tal-UE jeħtieġu li qraba jew il-partner jirrapportaw il-preżenza tagħhom f'perjodu raġonevoli ta' żmien wara li jaslu u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma jagħmlux dan.

Qabel ma tmur f'pajjiż ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandek żmien biex tagħmel dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex tirrapporta l-preżenza lill-awtoritajiet nazzjonali.

Billi qrabatek/il-partner tiegħek għandu mnejn ikollhom jippruvaw f'kull ħin li għandhom id-dritt li jgħixu fil-pajjiż (pereżempju, jekk iwaqqfuhom il-pulizija), għandu jkollhom il-passaport fuqhom il-ħin kollu.

F'ċerti pajjiżi tal-UE, jistgħu jiġu mmultati jew arrestati temporarjament jekk iħallu d-dokumenti tal-identità tagħhom id-dar - iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.

Trattament ugwali

Meta jkunu hemm, għandhom ikunu trattat daqs ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħataw ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Anke jekk ikunu hemm bħala turisti, ma għandhomx, pereżempju jħallsu aktar flus biex iżuru l-mużewijiet jew meta jixtru biljetti tat-trasport, eċċ.

Eċċezzjoni: Jekk int pensjonant, ċerti pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lilek u lil familtek għajnuna  finanzjarja għall-ewwel 3 xhur f'dak il-pajjiż.

Tkeċċija

Il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċi lil qrabatek  jew lil partner tiegħek li mhumiex mill-UE għal raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew ta' saħħa pubblika - iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikkjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Ħaddiema

L-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE fejn qed taħdem għandhom jivvalutaw jekk qrabatek/il-partner tiegħek li mhumiex mill-UE għandhomx jiġu awtorizzati li joqogħdu bħala membri ta' familtek (billi int ċittadin tal-UE impjegat, issekondat jew taħdem għal rasek hemm għal aktar minn 3 xhur). Il-valutazzjoni għandha ssir abbażi tal-kundizzjonijiet nazzjonali u każ b'każ. 

Pensjonanti

Jekk int pensjonant, l-awtoritajiet għandhom jivvalutaw jekk qrabatek jew il-partner tiegħek li mhumiex mill-UE jistgħux joqogħdu aktar minn 3 xhur, jekk għandek (għalik u għal familtek kollha):

  • dħul ta' flus suffiċjenti (minn kull sors) biex tgħixu mingħajr ma jkun jeħtiġilkom għajnuna finanzjarja
  • azzigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa f'dak il-pajjiż.

L-awtoritajiet nazzjonali  ma jistgħux  jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għal għajnuna finanzjajra bażika.

Dokument ta' residenza

Qrabatek jew il-partner tiegħek għandhom japplikaw għal dokument ta' residenza mal-awtoritajiet (ta' spiss fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom. Biex jagħmlu dan jeħtiġilhom:

  • passaport validu
  • iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek jew kull prova oħra ta' residenza tiegħek fil-pajjiż
  • prova ta' kif jiġu minnek
  • prova li huma jiddependu minnek u li hemm raġunijiet serji ta' saħħa li jeħtiġulek li tieħu ħsiebhom b'mod personali
  • għall-partners, prova ta' relazzjoni fit-tul.

Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.

L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu jew le d-dokument ta' residenza lill-qraba jew lill-partners li mhumiex mill-UE fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.

Jekk l-applikazzjoni tkun rifjutata, jistgħu jappellaw. L-awtoritajiet għandhom jagħtuhom id-deċiżjoni bil-miktub, billi jiddikjaraw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni u l-implimentazzjoni tagħha, u jispeċifikaw kif qrabatek/il-partner tiegħek jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċettat, huma għandu jinħarġilhom dokument ta' residenza. Id-dokumenti ta' residenza jinħarġu ta' spiss  bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).

Il-dokument ta' residenza għandu jindika b'mod ċar li hu d-dokument ta' residenza ta' membru ta' familja ta' ċittadin tal-UE.

Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanat li biħsiebek toqgħod, jekk iqsar), għalkemm int jaf ikollok bżonn tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet.

Billi qrabatek jew il-partner tiegħek għandu mnejn ikollhom jippruvaw f'kull ħin li għandhom id-dritt li jgħixu fil-pajjiż (pereżempju, jekk iwaqqfuhom il-pulizija), għandu jkollhom il-passaport u d-dokument ta' residenza fuqhom il-ħin kollu.

F'ċerti pajjiżi tal-UE, jistgħu jiġu mmultat jew arrestati temporarjament jekk iħallu d-dokumenti tal-identità tagħhom id-dar - iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.

Storja bħala eżempju

Tista' tintalab li tingħaqad ma' qaribek li hu marid serjament li jkun minn pajjiż li mhux mill-UE.

Karim, li hu Franċiż, mar jgħix il-Belġju għal apprendistat ta' sena. Zijuh li hu Alġerin marad serjament. Billi Karim, hu l-unika qarib tiegħu, jixtieq li zijuh jiġi l-Belġju biex b'hekk ikun jista' jieħu ħsiebu hu u jagħmel diversi testijiet mediċi.

Hu jista' jitlob lill-awtoritajiet Belġjani biex iħallu lil zijuh joqgħod hemm għal xahrejn. Huma u jiddeċiedu, l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw kemm il-problemi tas-saħħa kif ukoll il-fatt li Karim hu l-uniku qarib tiegħu.

Trattament ugwali

Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, qrabatek jew il-partner tiegħek għandhom ikunu trattat daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Talba biex jitilqu / Tkeċċija

Qrabatek jew il-partner tiegħek li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, u tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Mewt

Jekk kont qed tgħix kif titlob il-liġi f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma akkwistajt residenza permanenti fih, qrabatek u l-partner tiegħek jistgħu jibqgħu hemm jekk ikun ilhom jgħixu fih għal tal-anqas sena qabel mewtek.

Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE. 

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Residenza permanenti

Wara li jkunu ilhom jgħixu skont ma' titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor tal-UE, b'mod kontinwu għal 5 snin, qrabatek jew il-partner tiegħek awtomatikament jakkwistaw id-dritt ta' residenza permanenti fih, bl-istess mod li jakkwistawh martek/żewġek u wliedek li mhumiex mill-UE.

Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għall-miżżewġin u l-ulied li mhumiex mill-UE

Partner reġistrat/a
Partner reġistrat/a

Ċerti pajjiżi tal-UE jittrattaw partners reġistrati bl-istess mod kif jittrattaw koppji miżżewġin. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-miżżewġin.

Pajjiżi oħrajn tal-UE ma jirrikonoxxux partnerships reġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għal qraba oħrajn.

Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta' partnerships reġistrati fl-Ewropa.

Marti / Żewġi / uliedi / il-ġenituri tiegħi
Marti / Żewġi / uliedi / il-ġenituri tiegħi

Kun af dwar id-drittijiet tal-membri ta' familtek li mhumiex ċittadini tal-UE u li jixtiequ jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek.

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjież ieħor tal-UE. Jekk dawn joqogħdu għal anqas minn 3 xhur, kull ma jkun jeħtiġilhom hu passaport validu u kultant, skont il-pajjiż li ġejjin minnu, viża tad-dħul.

Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti/l-eżenzjonijiet għal viża tad-dħul.

Qabel ma titlaq, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulat tal-pajjiż li sejjer fih biex tara jekk il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE jeħtiġilhomx viża tad-dħul, u kemm iddum biex tinħarġilhom.

Jeħtiġilhom jirrapportaw il-preżenza tagħhom

Ċerti pajjiżi tal-UE jeħtieġu li l-mara/ir-raġel, l-ulied (neputijiet) jew il-ġenituri (nanniet) li jirrapportaw il-preżenza tagħhom f'perjodu raġonevoli ta' żmien wara li jaslu u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma jagħmlux dan.

Qabel ma tmur f'pajjiż ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandek żmien biex tagħmel dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex tirrapporta l-preżenza lill-awtoritajiet nazzjonali.

Żewġek/martek, uliedek jew il-ġenituri tiegħek għandhom iġorru l-passaport tagħhom fuqhom il-ħin kollu.

F'ċerti pajjiżi tal-UE, jistgħu jiġu mmultat jew arrestati temporarjament jekk iħallu d-dokumenti tal-identità tagħhom id-dar - iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.

Trattament ugwali

Meta jkunu hemm, għandhom ikunu trattati daqs ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Anke jekk ikunu hemm bħala turisti, ma għandhomx, pereżempju, iħallsu aktar flus biex iżuru l-mużewijiet jew meta jixtru biljetti tat-trasport, eċċ.

Eċċezzjoni: Jekk int pensjonant, ċerti pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lilek u lil familtek għajnuna finanzjarja  għall-ewwel 3 xhur f'dak il-pajjiż.

Tkeċċija

Il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċi lil żewġek/martek, uliedek (neputijietek) jew ġenituri tiegħek (nannietek) għal raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew ta' saħħa pubblika - iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikkjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Ħaddiema

Jekk qed taħdem f'pajjiż ieħor - bħala impjegat, bħala persuna impjegata għal rasha jew mibgħut taħdem hemm, żewġek/martek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri  tiegħek (nannietek) li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek hemm mingħajr ma jkollhom bżonn jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni oħra.

Pensjonanti

Jekk int pensjonant/a li qed tgħix f'pajjiż ieħor, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jgħixu wkoll hemm miegħek jekk għandek (għalik u għal familtek kollha):

  • biżżejjed dħul ta' flus biex tgħixu mingħajr ma jkun jeħtiġilkom għajnuna finanzjarja
  • azzigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa f'dak il-pajjiż.

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għal għajnuna finanzjajra bażika.

Dokument ta' residenza

Martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) għandhom japplikaw għal dokument ta' residenza mal-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid (ta' spiss l-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali) fi żmien 3 xhur  mill-wasla tagħhom. Biex jagħmlu dan jeħtiġilhom:

  • passaport validu
  • iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek bħala ċittadin tal-UE jew kull prova oħra ta' residenza tiegħek fil-pajjiż
  • prova ta' kif tiġu minn xulxin, bħal ċertifikat taż-żwieġ jew tat-twelid
  • għal uliedek (neputijietek), il-prova li huma taħt il-21 sena jew li jiddependu minnek
  • għal ġenituri tiegħek (nannietek), il-prova li jiddependu minnek

Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.

Il-dokument ta' residenza ta' spiss jinħareġ bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).

Fuq id-dokument ta' residenza għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li dan hu dokument ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin mill-UE.

L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu jew le d-dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.

Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanat li biħsiebek toqgħod, jekk iqsar), għalkemm jaf ikollok bżonn tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet.

F'ħafna pajjiżi, żewġek/martek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) ikun jeħtiġilhom li jġorru l-ħin kollu fuqhom id-dokument ta' residenza u l-passaport. Jekk iħalluhom id-dar, jistgħu jingħataw multa iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.

Reġistrazzjoni

Martek/żewġek, uliedek  jew il-ġenituri tiegħek għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid (ta' spiss l-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali) fi żmien 3 xhur  mill-wasla tagħhom. Imbagħad jinħarġilhom dokument ta' residenza.

Biex jakkwistaw dokument ta' residenza, martek/żewġek, uliedek jew il-ġenituri tiegħek jeħtiġilhom:

  • passaport validu
  • iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek bħala ċittadin tal-UE jew kull prova oħra ta' residenza tiegħek fil-pajjiż
  • prova ta' kif tiġu minn xulxin, bħal ċertifikat taż-żwieġ jew tat-twelid
  • għal uliedek , il-prova li huma taħt il-21 sena jew li jiddependu minnek
  • għal ġenituri tiegħek, il-prova li jiddependu minnek

Ma għandhomx għalfejn jintalbu li jippreżentaw dokumenti oħrajn.

Id-dokument ta' resisenza ta' spiss jinħareġ bla ħlas. Jekk isir ħlas, dan ma għandux ikun aktar milli jħallsu ċ-ċittadini tal-pajjiż għal dokumenti simili.

Fuq id-dokument ta' residenza għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li dan hu dokument ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin mill-UE.

L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu u joħorġu d-dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur.  Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.

Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanant li biħsiebhom joqogħdu, jekk iqsar).  Kull bdil ta' indirizz jista' jeħtieġlu li jkun irrapportat lill-awtoritajiet.

F'ħafna pajjiżi, żewġek/martek, uliedek jew il-ġenituri tiegħek ikun jeħtiġilhom li jġorru l-ħin kollu fuqhom id-dokument ta' residenza.  Jekk iħalluhom id-dar, jistgħu jingħataw multa jew jinżammu temporanjament arrestati iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.

Trattament ugwali

Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) għandhom ikunu trattati daqs iċ-ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Talba biex jitilqu / Tkeċċija

Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, u tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Storja bħala eżempju

Il-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-UE għandhom ukoll id-drittijiet tal-UE.

Irina hi Ġermaniża u tgħix fir-Renju Unit. Ommha li hi Russa applikat għal dokument ta' residenza fir-Renju Unit, li għalih kienet mitluba tagħtihom il-passaport tagħha.

L-awtoritajiet Ingliżi qalu lil Irina li biex joħorġulha dokument ta' residenza jistgħu jieħdu aktar minn sena. Omm Irina inkwietat li jekk ma jirnexxilhiex tieħu lura l-passaport fil-ħin, ma tkunx tista' tmur lura r-Russja għall-Milied, jew li wara titħalla tidħol lura fir-Renju Unit. 

Fil-fatt, id-drittijiet ta' residenza ta' membri tal-familja li mhumiex mill-UE jistipulaw li l-awtoritajiet kellhom joħorġulha dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur u li ma setgħux iżommulha l-passaport matul dan il-perjodu.

Mewt

Jekk kont qed tgħix kif titlob il-liġi f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma takkwista residenza permanenti fih, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jibqgħu hemm jekk ikun ilhom jgħixu fih għal tal-anqas sena qabel mewtek.

Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Divorzju

Jekk takkwista d-divorzju qabel ma tingħata residenza permanenti fil-pajjiż l-ieħor (li normalment jeħtieġlek li tgħix fih għal 5 snin) - martek/żewġek, uliedek (neputijietek) u l-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu hemm jekk:

  • ikun ilhom jgħixu fih għal tal-anqas sena, u
  • ż-żwieġ tiegħek dam tal-anqas 3 snin qabel ma bdew il-proċeduri tad-divorzju

Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Residenza permanenti

Wara li jkun ilhom jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE b'mod kontinwu għal 5 snin, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jakkwistaw b'mod awtomatiku d-dritt ta' residenza permanenti fih mingħajr ma jkollhom jissodisfaw aktar kundizzjonijiet - huma jkunu jistgħu joqogħdu kemm iridu anki jekk ikunu bla xogħol u jkun jeħtiġilhom għajnuna finanzjarja.

Il-kontinwità ta' residenza tagħhom mhix affettwata minn:

  • assenza temporanja (ta' anqas minn 6 xhur fis-sena)
  • assenzi itwal (servizz militari obbligatorju)
  • assenza waħda li ma tkunx aktar minn  12-il xahar konsekuttiv għal raġunijiet importanti bħat-tqala jew twellid ta' tarbija, mard serju, xogħol, taħriġ vokazzjonali jew ibgħit fuq xogħol f'pajjiż ieħor.

Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.

Jistgħu jitilfu id-dritt tagħhom għal residenza permanenti jekk jgħixu barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.

Ħaddiema

Jekk kont impjegat jew taħdem għal rasek f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma takkwista residenza permanenti fih, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jirċievu trattament speċjali. Dan jista' jinkludi l-permess biex joqogħdu b'mod permanenti jekk:

  • mewtek kienet riżultat ta' aċċident fuq ix-xogħol jew marda professjonali, jew
  • sa mewtek, tkun għext b'mod kontinwu f'dak il-pajjiż għal tal-anqas sentejn.

Dokument ta' residenza permanenti

Sib kif tikseb karta ta' residenza permanenti maħruġa biex tiċċertifika d-dritt tiegħek li tgħix hemm inkondizzjonalment.

Talba biex jitilqu / Tkeċċija

Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jkomplux jagħmlu dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika, kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet

Retour au texte en cours.

apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet

Retour au texte en cours.

apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet

Retour au texte en cours.

apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.