Drittijiet ta’ residenza

Skopri dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar kif tista’ tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE kemm jekk int impjegat, student, pensjonant, jew persuna li qed tfittex ix-xogħol. B’mod partikolari, x’inhuma d-drittijiet tiegħek fil-pajjiż ospitanti tiegħek? X’inhuma l-formalitajiet amministrattivi li jeħtieġu li jimtlew?

Naturalizzazzjoni

Jekk għandek mistoqsijiet dwar li ssir ċittadin naturalizzat (il-proċess tal-kisba taċ-ċittadinanza fil-pajjiż ospitanti tiegħek), tista’ ssib aktar informazzjoni fil-paġna tan-naturalizzazzjoni tagħna.

Agħżel sitwazzjoni

Bħala ċittadin tal-UE, għandek id-dritt li tiċċaqlaq lejn kwalunkwe pajjiż tal-UE biex tgħix, taħdem, tistudja, tfittex xogħol jew tirtira.

Tista’ tibqa’ f’pajjiż ieħor tal-UE sa 3 xhur mingħajr ma tirreġistra iżda hemm imnejn ikollok tirrapporta l-preżenza tiegħek. L-uniku rekwiżit huwa li jkollok karta tal-identità nazzjonali valida jew passaport validu. Jekk tixtieq toqgħod għal aktar minn 3 xhur, hemm imnejn ikollok tirreġistra r-residenza tiegħek.

F'ħafna pajjiżi tal-UE, ikun jeħtieġlek iżżomm fuqek il-karta tal-identità jew il-passaport f'kull ħin. F'dawn il-pajjiżi, tista' tkun immultat jew arrestat temporanjament jekk tħalli d-dokumenti tal-identità tiegħek id-dar - iżda ma tistax tintbagħat lura f'pajjiżek minħabba f'hekk biss.

Iċċekkja jekk għandikx bżonn iġġorr ID jew passaport miegħek il-ħin kollu fil-pajjiż li qed jospitak:

Residenza permanenti

Jekk inti għext legalment f'pajjiż ieħor tal-UE, għal żmien kontinwu ta' 5 snin, inti awtomatikament tikseb fih id-dritt ta' residenza permanenti.

Iċċekkja drittijietek skont is-sitwazzjoni tiegħek:

Nixtieq:

naħdem

nistudja

nirtira

infittex impjieg

ningħaqad mal-familja tiegħi

nagħmel xi ħaġa oħra

Jekk int m’intix ċittadin tal-UE u tixtieq tmur fl-UE biex taħdem jew tistudja, tista’ ssib l-informazzjoni prattika kollha fuq il-portal tal-UE dwar l-immigrazzjoni en es fr pt .

qraba mill-UE

L-aħħar verifika: 23/02/2024
Ikkondividi din il-paġna