Mogħdija tan-navigazzjoni
LE - Wara 5 snin, int intitolat awtomatikament għal residenza permanenti fil-pajjiż ġdid tiegħek. Ma għandekx għalfejn iġġedded iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek iżda għandek tapplika għal dokument ta' residenza permanenti, li jikkonferma li int għandek id-dritt li toqgħod hemm anki jekk ma taħdimx jew jeħtieġlek għajnuna finanzjarja.
IVA - Tista' tapplika biex tingħatalek prova ta' dan l-istatus għand l-awtoritajiet nazzjonali.
LE - Ma tistax titkeċċa. Madankollu, skont il-pajjiż, tista' tingħata multa talli nqast milli tirreġistra meta dan ikun meħtieġ.
LE - Jekk tkun se toqgħod fih għal anqas minn 3 xhur, tista' tintalab biss li tirrapporta l-preżenza tiegħek lill-awtoritajiet - iżda dan ta' spiss isir mil-lukanda li toqgħod fiha.
IVA - Jekk tista' tipprova li għandek mezzi suffiċjenti u assigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa li hi valida f'dak il-pajjiż, tista' toqgħoq fih għal aktar minn 3 xhur.
IVA - Għandek titħalla taħdem, għandek jew ma għandekx ċertifikat ta' reġistrazzjoni.
LE - Jekk toqgħod hemm għal anqas minn 3 xhur, l-unika formalità li tista' ssegwi hi li tirrapporta l-preżenza tiegħek, jekk meħtieġ mill-pajjiż.
IVA - Ir-rekwiżit tal-"kontinwità tar-residenza" tiegħek mhux affettwat b'assenzi li jkunu anqas minn 12-il xahar għal raġunijiet ta' saħħa.
LE - Mhux mill-ewwel. L-awtoritajiet Taljani għandhom inzjalment joħorġulek ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Jekk imbagħad iddum tgħix l-Italja għal 5 snin kontinwi, takkwista d-dritt li ssir resident permanenti. Meta jingħatalek dak id-dritt, ma jkollokx għalfejn tipprova aktar li għandek mezzi suffiċjenti biex tgħix fl-Italja.
LE - Xorta trid tirreġistra mill-aktar fis possibbli. Fil-Belġju, dan hu obbligatorju għaċ-ċittadini tal-UE kollha li jgħixu fih għal aktar minn 3 xhur. Ma tistax titkeċċa jekk ma tirreġistrax, iżda tista' tingħata multa.
LE - Jekk toqgħod hemm għal anqas minn 3 xhur, kulma jeħtieġlek tagħmel hu li tirrapporta l-preżenza tiegħek, jekk il-pajjiż jitlob li jsir dan.
IVA - Li jaqbillu jagħmel kuġinuk hu li japplika għal residenza bħala persuna b'mezzi indipendenti. Jista' jintalab jipprova li għandu biżżejjed mezzi biex ifendi għalih innifsu.
Ikollu jipprova li int qed tmantnih b'mod regolari u stabbli u li għandu assigurazzjoni fuq is-saħħa fil-pajjiż il-ġdid. Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandu jinħariġlu immedjatament.
Ma għandux ikollu problemi biex jgħix fi Spanja, billi din tirrikonoxxi ż-żwiġijiet bejn l-istess sessi.
Madankollu, il-pajjiżi tal-UE mhux kollha jittrattaw il-partners reġistrati bl-istess mod. F'dawn il-pajjiżi, id-dritt tal-partner li joqgħod mhux awtomatiku u dan jitqies mill-awtoritajiet nazzjonali abbażi ta' każ b'każ.
LE - Skont il-liġi tal-UE, tista' tkompli tgħix fil-Ġermanja mingħajr ebda kundizzjonijiet billi ilek tgħix hemm skont ma' titlob il-liġi għal 5 snin.
LE - Billi hu mhux id-dipendent axxendenti jew dixxendenti dirett tiegħek iżda jekk l-awtoritajiet Ungeriżi jirrifjutawlu li jingħata dritt ta' residenza, huma għandhom jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom, u jistgħu jagħmlu dan biss wara riċerka estensiva fir-relazzjoni personali tiegħek ma' ħuk li hu minn żwieġ ieħor.
IVA - F'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet ta' residenza, il-partners reġistrati jingħatawlhom id-drittijiet kollha fl-Olanda. Il-formalitajiet huma l-istess daqslikieku kontu miżżewġin.
Madankollu, il-pajjiżi mhux kollha jittrattaw il-partners reġistrati bl-istess mod - f'dawn il-pajjiżi, id-dritt tal-partner tiegħek li toqgħod fih mhux awtomatiku u jiġi assessjat mill-awtoritajiet nazzjonali abbażi ta' każ b'każ.
IVa - Bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.