Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Ħaddiema u pensjonanti

Aġġornat : 10/2013

Membri tal-familja mill-UE

Marti / Żewġi / uliedi / il-ġenituri tiegħi

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Bħala ċittadini tal-UE, żewġek jew martek u wliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż tal-UE ieħor bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek), bħala ċittadini ta' UE, jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid  tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Jekk martek jew żewġek, wliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet (pereżempju, int qed taħdem u l-partner tiegħek j/tibqa' d-dar mat-tarbija tagħkom, huma xorta waħda jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek bħala membri ta' familtek kif ġej:

Ħaddiema

Jekk qed taħdem f'pajjiż ieħor - bħala impjegat, bħala persuna impjegata għal rasha jew mibgħut taħdem hemm, żewġek/martek, uliedek (neputijietek) li jiddependu minnek jew il-ġenituri  tiegħek (nannietek)  jistgħu joqogħdu miegħek hemm mingħajr ma jkollhom bżonn jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni oħra.

Pensjonanti

Jekk int pensjonant/a li qed tgħix f'pajjiż ieħor, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) li jiddependu minnek jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jgħixu wkoll hemm miegħek jekk għandek (għalik u għal familtek kollha):

  • biżżejjed dħul ta' flus biex tgħixu mingħajr ma jkun jeħtiġilkom għajnuna finanzjarja
  • azzigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa f'dak il-pajjiż.

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għal għajnuna finanzjajra bażika.

Reġistrazzjoni

Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek), bħala ċittadini ta' UE, jistgħu jgħixu miegħek f'pajjiż tal-UE ieħor bl-istess kundizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Jekk joqogħdu miegħek bħala membri ta' familtek, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) li jiddependu minnek u l-ġenituri tiegħek (nannietek) jeħtiġilhom id-dokumenti li ġejjin biex jakkwistaw iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni:

  • karta tal-identità nazzjonali valida jew passaport
  • iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek jew kull prova oħra ta' residenza tiegħek fil-pajjiż
  • prova ta' kif tiġu minn xulxin (pereżempju ċertifikat taż-żwieġ jew tat-twelid)
  • għal uliedek (neputijietek), il-prova li huma taħt il-21 sena jew li jiddependu minnek
  • għal ġenituri tiegħek (nannietek), il-prova li jiddependu minnek
  • jekk int pensjonant, prova li għandek dħul suffiċjenti u prova li għandek assigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa għall-familja f'dak il-pajjiż.

Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.

Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għal membri ta' familtek, tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandu jinħarġilhom immedjatament u jsir ħlas għalih akar milli jħallsu ċ-ċittadini tal-pajjiż għal karti tal-identità.

Dan għandu jkun validu b'mod indefinittiv (ma għandux ikun imġedded), għalkemm jista' jkun jeħtiġilhom jirrapportaw kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet lokali.

Trattament ugwali

Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, martek/żewġek, uliedek u l-ġenituri tiegħek (nannietek) għandhom ikunu trattat daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Talba biex jitilqu / Tkeċċija

Martek/żewġek, uliedek (naputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jgħixu fil-pajjiż tiegħek sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex iħallu l-pajjiż għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Residenza permanenti

Bħala ċittadini tal-UE, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) u l-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jakkwistaw id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti jekk ikunu għexu kif titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor għal 5 snin kontinwi, bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Dan ifisser li huma jistgħu joqogħdu fih kemm iridu - anki jekk huma ma jaħdmux jew jekk jeħtieġu għajnuna finanzjarja. Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.

Skopri kif jinħarġilhom dokument ta’ residenza permanenti li jiċċertifika d-dritt tagħhom li jibqgħu bla kundizzjonijiet.

Ħaddiema

Jekk kont taħdem jew impjegat għal rasek f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma tkun akkwistajt residenza permanenti fih, martek/żewġek, uliedek (neputijietek)/il-ġenituri tiegħek li kienu wkoll jgħixu miegħek bħala membri tal-familja jista' jingħatalhom trattament speċjali. Dan jista' jinkludi l-permess biex joqogħdu b'mod permanenti jekk:

  • mewtek kienet riżultat ta' aċċident fuq ix-xogħol jew marda professjonali

jew

  • sa mewtek, tkun għext b'mod kontinwu f'dak il-pajjiż għal tal-anqas sentejn.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.