Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Ħaddiema u pensjonanti

Aġġornat : 10/2013

Membri tal-familja mill-UE

Partner reġistrat/a

Bħala ċittadin tal-UE, il-partner reġistrat/a tiegħek j/tista' j/tgħix fil-pajjiż ġdid tiegħek tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Jekk il-partner tiegħek qed j/taħdem, j/tirċievi pensjoni jew qed j/tistudja, għandek tiċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet li jinsabu hawn:

Jekk il-partner tiegħek ma j/tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet (pereżempju, int taħdem iżda l-partner j/tibqa' d-dar), hu jew hi xorta jistgħu jibqgħu miegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek bħala membru ta' familtek.

Ċerti pajjiżi tal-UE jittrattaw partnerxips reġistrati bl-istess mod kif jittrattaw koppji miżżewġin. F’dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-miżżewġin.

Pajjiżi oħrajn tal-UE ma jirrikonoxxux partnerships reġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ. F’dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta’ residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għal qraba oħrajn.

Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta’ partnerships reġistrati fl-Ewropa.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika