Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Bħala ċittadini tal-UE, il-partner tiegħek u qrabatek għandhom id-dritt li joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE jew sa 3 xhur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Il-partner tiegħek jew qrabatek jistgħu jgħixu fil-pajjiż tal-UE l-ġdid tiegħek bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Jekk ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet (pereżempju, int taħdem u l-partner tiegħek j/tibqa' d-dar mat-tarbija tagħkom, huma xorta waħda jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek bħala membri ta' familtek:
L-awtoritajiet fil-pajjiż ġdid tiegħek għandhom jiddeċiedu abbażi ta' każ b'każ, u jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi personali tiegħek u l-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom.
Il-liġi tal-UE tiggarantixxi lill-partner tiegħek jew lil qrabatek li jiddependu minnek li:
Jekk qed taħdem f'pajjiż ieħor - bħala impjegat, persuna li taħdem għal rasek jew li ntbagħat taħdem hemm, l-awtoritajiet għandhom ċertament jikkunsidraw dan meta huma jiddeċiedu jekk il-partner tiegħek/qrabatek jistgħux joqogħdu jew le.
Jekk int pensjonant, ikollok tipprova li int għandek (għall-partner tiegħek jew qrabatek):
L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flus ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għal għajnuna finanzjajra bażika.
Qrabatek jew il-partner tiegħek għandhom japplikaw għaċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-awtoritajiet (ta' spiss fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom.
Jistgħu joqogħdu f'pajjiż tal-UE miegħek bl-istess kundizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għal ċittadini tal-UE.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Jekk joqogħdu miegħek bħala membri ta' familtek, jeħtiġilhom id-dokumenti li ġejjin biex jakkwistaw iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni
Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu malajr kemm jista' jkun.
Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċettata, qrabatek/il-partner tiegħek jingħataw ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Dan iċ-ċertifikat jikkonferma d-dritt tagħhom li jgħixu f'dak il-pajjiż; hu juri ismek u l-indirizz tagħhom u d-data tar-reġistrazzjoni.
Iċ-ċertifikat ma għandux isir ħlas għalih akar milli jħallsu ċ-ċittadini tal-pajjiż għal karti tal-identità.
Dan għandu jkun validu b'mod indefinittiv (ma għandux ikun imġedded), għalkemm jista' jkun jeħtiġilhom jirrapportaw kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet lokali.
F'ħafna pajjiżi, huma jkun jeħtiġilhom iġorru fuqhom iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni u l-karta tal-identità/passaport tagħhom il-ħin kollu. Jekk iħalluhom id-dar, jistgħu jingħataw multa, għalkemm ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għall-partner tiegħek jew għal membri ta' familtek, tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, qrabatek/il-partner tiegħek għandhom ikunu ttrattat daqs ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Qrabatek jew il-partner tiegħek jistgħu jgħixu fil-pajjiż tiegħek sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex iħallu l-pajjiż għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikkjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Bħala ċittadini tal-UE, qrabatek jew il-partner tiegħek jistgħu jakkwistaw id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti jekk ikunu għexu kif titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor għal 5 snin kontinwi, bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.
Sib aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għal:
Jekk qrabatek jew il-partner tiegħek kienu awtorizzati li joqogħdu miegħek bħala membri tal-familja, huma jakkwistaw ukoll id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti wara li jkunu għexu b'mod kontinwu fil-pajjiż l-ieħor għal 5 snin.
L-akkwist ta' residenza permanenti jfisser li huma għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi taċ-ċittadini nazzjonali - huma jistgħu joqogħdu hemm kemm jidhrilhom, anki jekk ma jaħdmux u jeħtiġilhom għajnuna finanzjarja.
Huma jistgħu jitilfu d-dritt tagħhom għal residenza permanenti jekk jgħixu barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.
Jekk kont taħdem jew impjegat għal rasek f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma tkun akkwistajt residenza permanenti fih, qrabatek/il-partner tiegħek li kienu wkoll jgħixu miegħek bħala membri tal-familja jista' jingħatalhom trattament speċjali. Dan jista' jinkludi l-permess biex joqogħdu b'mod permanenti jekk:
jew
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja
apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja