Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 22/09/2014

living-abroad

Il-familja tal-ħaddiema u l-pensjonanti mill-UE

Partner / qraba li mhumiex reġistrati
Partner / qraba li mhumiex reġistrati

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Bħala ċittadini tal-UE, il-partner tiegħek u qrabatek għandhom id-dritt li joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE jew sa 3 xhur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Il-partner tiegħek jew qrabatek jistgħu jgħixu fil-pajjiż tal-UE l-ġdid tiegħek bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Jekk ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet (pereżempju, int taħdem u l-partner tiegħek j/tibqa' d-dar mat-tarbija tagħkom, huma xorta waħda jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek bħala membri ta' familtek:

  • Qraba apparti minn martek/żewġek, uliedek, neputijietek, il-ġenituri tiegħek u nannietek jistgħu joqogħdu jekk huma:
    • morda serjament u għandhom bżonnek biex tieħu ħsiebhom int stess, jew
    • jiddependu ekonomikament minnek.
  • Il-partner j/tista' j/toqgħod jekk dan/din ilu/ilha f'relazzjoni fit-tul miegħek.

L-awtoritajiet fil-pajjiż ġdid tiegħek għandhom jiddeċiedu abbażi ta' każ b'każ, u jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi personali tiegħek u l-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom.

Il-liġi tal-UE tiggarantixxi lill-partner tiegħek jew lil qrabatek li jiddependu minnek li:

  • l-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż jassessjaw l-applikazzjoni tagħhom biex jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek
  • jirċievu deċiżjoni bil-miktub malajr kemm jista' jkun
  • jistgħu jappellaw jekk l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda. Iċ-ċaħdiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet u l-implikazzjonijiet għall-partner tiegħek jew qrabatek, u jispeċifikaw kif dawn jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Ħaddiema

Jekk qed taħdem f'pajjiż ieħor - bħala impjegat, persuna li taħdem għal rasek jew li ntbagħat taħdem hemm, l-awtoritajiet għandhom ċertament jikkunsidraw dan meta huma jiddeċiedu jekk il-partner tiegħek/qrabatek jistgħux joqogħdu jew le.

Pensjonanti

Jekk int pensjonant, ikollok tipprova li int għandek (għall-partner tiegħek jew qrabatek):

  • dħul ta' flus suffiċjenti biex tgħixu mingħajr ma jkun jeħtiġilkom għajnuna finanzjarja
  • azzigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa fil-pajjiż ġdid tiegħek.

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flus ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għal għajnuna finanzjajra bażika.

Reġistrazzjoni

Qrabatek jew il-partner tiegħek għandhom japplikaw għaċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-awtoritajiet (ta' spiss fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom.

Sib kif iġġib ċertifikat ta' reġistrazzjoni għall-membri tal-familja li jgħixu miegħek.

Trattament ugwali

Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, qrabatek/il-partner tiegħek għandhom ikunu ttrattat daqs ċittadin tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Talba biex jitilqu / Tkeċċija

Qrabatek jew il-partner tiegħek jistgħu jgħixu fil-pajjiż tiegħek sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex iħallu l-pajjiż għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikkjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Residenza permanenti

Bħala ċittadini tal-UE, qrabatek jew il-partner tiegħek jistgħu jakkwistaw id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti jekk ikunu għexu kif titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor għal 5 snin kontinwi, bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Sib aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw għal:

Jekk qrabatek jew il-partner tiegħek kienu awtorizzati li joqogħdu miegħek bħala membri tal-familja, huma jakkwistaw ukoll id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti wara li jkunu għexu b'mod kontinwu fil-pajjiż l-ieħor għal 5 snin.

L-akkwist ta' residenza permanenti jfisser li huma għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi taċ-ċittadini nazzjonali - huma jistgħu joqogħdu hemm kemm jidhrilhom, anki jekk ma jaħdmux u jeħtiġilhom għajnuna finanzjarja.

Huma jistgħu jitilfu d-dritt tagħhom għal residenza permanenti jekk jgħixu barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.

Skopri kif jinħarġilhom dokument ta' residenza permanenti li jiċċertifika d-dritt tagħhom li jibqgħu bla kundizzjonijiet.

Mewt

Jekk kont taħdem jew impjegat għal rasek f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma tkun akkwistajt residenza permanenti fih, qrabatek/il-partner tiegħek li kienu wkoll jgħixu miegħek bħala membri tal-familja jista' jingħatalhom trattament speċjali. Dan jista' jinkludi l-permess biex joqogħdu b'mod permanenti jekk:

  • mewtek kienet riżultat ta' aċċident fuq ix-xogħol jew marda professjonali

jew

  • sa mewtek, tkun għext b'mod kontinwu f'dak il-pajjiż għal tal-anqas sentejn.
Partner reġistrat/a
Partner reġistrat/a

Bħala ċittadin tal-UE, il-partner reġistrat/a tiegħek j/tista' j/tgħix fil-pajjiż ġdid tiegħek tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Jekk il-partner tiegħek qed j/taħdem, j/tirċievi pensjoni jew qed j/tistudja, għandek tiċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet li jinsabu hawn:

Jekk il-partner tiegħek ma j/tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet (pereżempju, int taħdem iżda l-partner j/tibqa' d-dar), hu jew hi xorta jistgħu jibqgħu miegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek bħala membru ta' familtek.

Ċerti pajjiżi tal-UE jittrattaw partnerxips reġistrati bl-istess mod kif jittrattaw koppji miżżewġin. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-miżżewġin.

Pajjiżi oħrajn tal-UE ma jirrikonoxxux partnerships reġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għal qraba oħrajn.

Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta' partnerships reġistrati fl-Ewropa.

Marti / Żewġi / uliedi / il-ġenituri tiegħi
Marti / Żewġi / uliedi / il-ġenituri tiegħi

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Bħala ċittadini tal-UE, żewġek jew martek u wliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż tal-UE ieħor bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek), bħala ċittadini ta' UE, jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid  tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Jekk martek jew żewġek, wliedek (neputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) ma jissodisfawx dawn il-kundizzjonijiet (pereżempju, int qed taħdem u l-partner tiegħek j/tibqa' d-dar mat-tarbija tagħkom, huma xorta waħda jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek bħala membri ta' familtek kif ġej:

Ħaddiema

Jekk qed taħdem f'pajjiż ieħor - bħala impjegat, bħala persuna impjegata għal rasha jew mibgħut taħdem hemm, żewġek/martek, uliedek (neputijietek) li jiddependu minnek jew il-ġenituri  tiegħek (nannietek)  jistgħu joqogħdu miegħek hemm mingħajr ma jkollhom bżonn jissodisfaw kwalunkwe kundizzjoni oħra.

Pensjonanti

Jekk int pensjonant/a li qed tgħix f'pajjiż ieħor, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) li jiddependu minnek jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jgħixu wkoll hemm miegħek jekk għandek (għalik u għal familtek kollha):

  • biżżejjed dħul ta' flus biex tgħixu mingħajr ma jkun jeħtiġilkom għajnuna finanzjarja
  • azzigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa f'dak il-pajjiż.

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għal għajnuna finanzjajra bażika.

Reġistrazzjoni

Sib kif iġġib ċertifikat ta' reġistrazzjoni għall-membri tal-familja li jgħixu miegħek.

Trattament ugwali

Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, martek/żewġek, uliedek u l-ġenituri tiegħek (nannietek) għandhom ikunu trattat daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Talba biex jitilqu / Tkeċċija

Martek/żewġek, uliedek (naputijietek) jew il-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jgħixu fil-pajjiż tiegħek sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex iħallu l-pajjiż għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Residenza permanenti

Bħala ċittadini tal-UE, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) u l-ġenituri tiegħek (nannietek) jistgħu jakkwistaw id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti jekk ikunu għexu kif titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor għal 5 snin kontinwi, bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Dan ifisser li huma jistgħu joqogħdu fih kemm iridu - anki jekk huma ma jaħdmux jew jekk jeħtieġu għajnuna finanzjarja. Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.

Skopri kif jinħarġilhom dokument ta' residenza permanenti li jiċċertifika d-dritt tagħhom li jibqgħu bla kundizzjonijiet.

Mewt

Jekk kont taħdem jew impjegat għal rasek f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma tkun akkwistajt residenza permanenti fih, martek/żewġek, uliedek (neputijietek)/il-ġenituri tiegħek li kienu wkoll jgħixu miegħek bħala membri tal-familja jista' jingħatalhom trattament speċjali. Dan jista' jinkludi l-permess biex joqogħdu b'mod permanenti jekk:

  • mewtek kienet riżultat ta' aċċident fuq ix-xogħol jew marda professjonali

jew

  • sa mewtek, tkun għext b'mod kontinwu f'dak il-pajjiż għal tal-anqas sentejn.
Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

apparti minn martek/żewġek, ulied, neputijiet, ġenituri u nanniet

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.