Mogħdija tan-navigazzjoni

Ħaddiema u pensjonanti

Aġġornat : 12/2011

Elezzjonijiet

Jekk tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek id-dritt li tivvota u toħroġ bħala kandidat f'elezzjonijiet muniċipali u Ewropej f'dak il-pajjiż. Il-kundizzjonijiet huma l-istess għalik bħal taċ-ċittadini tal-pajjiż.

Kif tidħol fis-sistema elettorali

Jekk tixtieq tivvota f'dawn l-elezzjonijiet, għandek bżonn tesprimi l-intenzjoni tiegħek dwar dan u titlob li tinkiteb fir-reġistru elettorali ta' dak il-pajjiż. Tintalab tipprovdi xi informazzjoni bħal ngħidu aħna n-nazzjonalità tiegħek u l-indirizz.

Għall-elezzjonijiet Ewropej, ikollok ukoll tiddikjara li se tivvota darba biss fl-istess elezzjoni.

Jekk iċ-ċittadini tal-pajjiż huma meħtieġa li jkunu ilhom jgħixu fil-pajjiż għal ċertu tul ta' żmien biex ikunu permessi jivvutaw fl-elezzjonijiet muniċipali u Ewropej, tant ieħor int. Madankollu, iż-żmien li qattajt f'pajjiżi oħra tal-UE - barra minn pajjiżek - għandhom jiġu kkunsidrati wkoll. Jistgħu japplikaw regoli speċjali f'pajjiżi tal-UE fejn aktar minn 20% tal-elettorat ma jkunux ċittadini ta' dak il-pajjiż (attwalment l-uniku pajjiż ta' din ix-xorta huwa l-Lussemburgu).

Votazzjoni obbligatorja

Jekk fil-pajjiż fejn qed tgħix, il-votazzjoni fl-elezzjonijiet muniċipali u dawk Ewropej hija obbligatorja u inti tkun irreġistrat fir-reġistru elettorali hemmhekk, mela inti obbligat li tivvota.

Biex toħroġ bħala kandidat

Biex toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet muniċipali jista' jkollok bżonn tagħmel dikjarazzjoni li m'intix skwalifikat milli tipparteċipa bħala kandidat. Tista' tintalab tappoġġja din id-dikjarazzjoni b'attestazzjoni maħruġa minn pajjiżek.

Meta toħroġ għall-elezzjonijiet Ewropej, l-applikazzjoni tiegħek trid tkun appoġġjata minn attestazzjoni maħruġa minn pajjiżek li tiċċertifika li m'intix skwalifikat milli tipparteċipa. Tkun trid ukoll tiddikjara li m'intix ħiereġ f'xi pajjiż ieħor tal-UE.

Fl-elezzjoni Ewropea, tista' tivvota u toħroġ bħala kandidat f'pajjiż wieħed biss.

Jekk tagħżel li tivvota jew toħroġ bħala kandidat fil-pajjiż fejn qed tgħix, ma tistax tagħmel dan f'pajjiżek ukoll.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.