Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Din it-taqsima hi dwar id-drittijiet tal-membri ta' familtek li mhumiex ċittadini mill-UE, u qed jakkumpanjawk jew jingħaqdu miegħek meta tiċċaqlaq minn pajjiż tal-UE għal ieħor.
Martek jew żewġek u uliedek (neputijietek) li jiddependu minnek li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjież ieħor tal-UE. Jekk dawn joqogħdu għal anqas minn 3 xhur, kulma jkun jeħtiġilhom hu passaport validu u kultant, skont il-pajjiż li ġejjin minnu, viża tad-dħul.
Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti/l-eżenzjonijiet għal viża tad-dħul.
Qabel ma titlaq, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulat tal-pajjiż li sejjer fih biex tara jekk il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE jeħtiġilhomx viża tad-dħul, u kemm iddum biex tinħarġilhom.
Ċerti pajjiżi tal-UE jeħtieġu lil martek/żewġek, uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE li jirrapportaw il-preżenza tagħhom f'perjodu raġonevoli ta' żmien wara li jaslu u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma jagħmlux dan.
Qabel ma jmorru fil-pajjiż l-ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex jirrapportaw l-preżenza tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali.
Kulma jeħtiġilhom biex jirrapportaw il-preżenza tagħhom hu passaport.Ma jeħtiġilhom jagħmlu ebda ħlas. Jekk qed joqogħdu f'lukanda, normalment ikun biżżejjed li jimlew formola għal tal-apposta - il-lukanda tieħu ħsieb tal-kumplament.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, meta jonqsu li jirrapportaw il-preżenza tagħhom jistgħu jingħataw multa, iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk.
Żewġek/martek, jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE għandhom dejjem iġorru l-passaport tagħhom fuqhom il-ħin kollu.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, jistgħu jiġu mmultati jew arrestati temporanjament jekk iħallu dawn id-dokumenti id-dar, iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk.
Meta jkunu hemm, għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Anke jekk ikunu hemm bħala turisti, ma għandhomx, pereżempju, iħallsu aktar flus biex iżuru l-mużewijiet jew meta jixtru biljetti tat-trasport, eċċ.
Eċċezzjoni: Jekk int pensjonant, ċerti pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lilek u lil familtek għajnuna finanzjarja għall-ewwel 3 xhur f'dak il-pajjiż.
Il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċi lil żewġek/martek jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE għal raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew ta' saħħa pubblika - iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Martek/żewġek u wliedek (neputijietek) dipendenti minnek li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek fil-pajjiż tal-UE fejn tkun qed tistudja jekk:
L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jikkwalifikak għal għajnuna finanzjajra bażika. Id-dħul ta' flus jista' jkun ġej minn familtek, mill-partner tiegħek jew minn sors ieħor.
Martek/żewġek, uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE għandhom japplikaw għal dokument ta' residenza mal-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid (ta' spiss l-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom. Imbagħad jinħarġilhom dokument ta' residenza.
Biex tingħata dokument ta' residenza, ikun jeħtiġilhom:
Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.
Id-dokument ta' residenza ta' spiss jinħareġ bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).
Fuq id-dokument ta' residenza għandu jkun iddikjarat b'mod ċar li dan hu dokument ta' residenza ta' membru tal-familja ta' ċittadin mill-UE.
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu jew le d-dokument ta' residenza fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanat li biħsiebek toqgħod, jekk iqsar), għalkemm jaf ikollok bżonn tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet.
F'ħafna pajjiżi, żewġek/martek jew uliedek ikun jeħtiġilhom il-ħin kollu jġorru fuqhom id-dokument ta' residenza u l-passaport tagħhom. Jekk iħalluhom id-dar, jistgħu jingħataw multa jew jinżammu temporanjament arrestati iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk.
Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, martek/żewġek jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE għandhom ikunu trattat daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lil familthom għoti ta' flus għal manteniment għall-istudji sakemm huma jikkwalifikaw għal residenza permanenti.
Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jkomplux jagħmlu dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, u tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Jekk kont qed tgħix kif titlob il-liġi f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut jew tingħata d-divorzju qabel ma tkun akkwistajt residenza permanenti hemm (ta' spiss billi tgħix fih għal 5 snin), martek/żewġek jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu hemm, jekk:
Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE.
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:
Wara li jkun ilhom jgħixu fil-pajjiż ġdid tiegħek tal-UE b'mod kontinwu għal 5 snin, martek/żewġek u wliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE jakkwistaw b'mod awtomatiku d-dritt ta' residenza permanenti fih mingħajr ma jkollhom jissodisfaw aktar kundizzjonijiet - huma jkunu jistgħu joqogħdu fih kemm iridu anki jekk ikunu bla xogħol u jkun jeħtiġilhom għajnuna finanzjarja.
Il-kontinwità ta' residenza tagħhom mhix affettwata minn:
Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.
Jistgħu jitilfu d-dritt tagħhom għal residenza permanenti jekk jgħixu barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.
Lejn l-aħħar tal-5 sena ta' residenza kontinwa tagħhom skont kif titlob il-liġi martek/żewġek u wliedek (neputijietek) għandhom japplikaw mal-awtoritajiet għal dokument ta' residenza permanenti li għandu jinħarġilhom maljar kemm jista' jkun.
Il-dokument ta' residenza permanenti ta' spiss jinħareġ bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).
Id-dokument għandu jkun validu għal 10 snin u jiġġedded b'mod awtomatiku mingħajr ebda kundizzjoni jew rekwiżit.
Meta japplikaw għad-dokument ta' residenza permanenti tagħhom, huma għandhom jippreżentaw prova li kienu ilhom jgħixu fil-pajjiż għal 5 snin - pereżempju, dokument ta' residenza validu li jkun inħarġilhom 5 snin ilu.
Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata dokument ta' residenza permanenti għal martek/żewġek jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE, tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Martek/żewġek u wliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jkomplux jagħmlu dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, u tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja