Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Il-ġenituri tiegħek, qraba oħra u partner mhux/mhix irreġistrat/a jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE.
Jekk dawn joqogħdu sa 3 xhur, kull ma jkun jeħtiġilhom hu passaport validu u kultant, skont il-pajjiż li ġejjin minnu, viża tad-dħul.
Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet possibbli għal viża tad-dħul.
Qabel ma titlaq, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulat tal-pajjiż li sejjer fih biex tara jekk il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE jeħtiġilhomx viża tad-dħul, u kemm iddum biex tinħarġilhom.
Ċerti pajjiżi tal-UE jitolbuhom li jirrapportaw il-preżenza tagħhom fi żmien raġonevoli wara li jaslu u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma jagħmlux dan.
Qabel ma jmorru fil-pajjiż l-ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex jirrapportaw l-preżenza tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali.
Kulma jeħtiġilhom biex jirrapportaw il-preżenza tagħhom hu passaport. Ma jeħtiġilhom jagħmlu ebda ħlas.
Jekk qed joqogħdu f'lukanda, normalment ikun biżżejjed li jimlew formola għal tal-apposta - il-lukanda tieħu ħsieb tal-kumplament.
F'ċerti pajjiżi tal-UE, meta jonqsu li jirrapportaw il-preżenza tagħhom jistgħu jingħataw multa, iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk.
Billi l-ġenituri tiegħek, qraba oħra u partner mhux/mhix irreġistrat/a għandu mnejn ikollhom jippruvaw f'kull ħin li għandhom id-dritt li jgħixu fil-pajjiż (pereżempju, jekk iwaqqfuhom il-pulizija), għandu jkollhom il-passaport fuqhom il-ħin kollu. Jekk iħalluh id-dar, jistgħu jingħataw multa jew jinżammu temporanjament arrestati, iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk.
Meta jkunu hemm, il-ġenituri tiegħek, qraba oħra u partner mhux/mhix irreġistrat/a għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Anke jekk ikunu hemm bħala turisti, ma għandhomx, pereżempju jħallsu aktar flus biex iżuru l-mużewijiet jew meta jixtru biljetti tat-trasport, eċċ.
Eċċezzjoni: xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lill-membri ta' familthom għajnuna finanzjarja matul l-ewwel 3 xhur jew għoti ta' flus ta' manteniment għall-istudji sakemm huma jikkwalifikaw għal residenza permanenti.
Il-pajjiż il-ġdid tiegħek ta' residenza jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċi lill-ġenituri tiegħek, lil qrabatek jew il-partner għal raġunijiet ta' politika u sigurtà pubblika jew minħabba saħħa pubblika.
L-awtoritajiet għandhom jipprovaw li huma jippreżentaw theddida serja b'mod ġenwin, attwali u suffiċjenti.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet u l-implikazzjonijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
L-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE fejn qed tistudja għandhom jassessjaw jekk il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a li mhumiex mill-UE għandhomx jitħallew joqogħdu fih bħala membri tal-familja ta' ċittadin mill-UE li qed jistudja fih. Il-valutazzjoni għandha ssir abbażi tal-kundizzjonijiet nazzjonali u każ b'każ.
L-awtoritajiet għandhom jassessjaw jekk qaribek/il-partner tiegħek j/tistax j/toqgħod aktar minn 3 xhur bil-kundizzjoni li int:
L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għall-għajnuna finanzjajra f'dak il-pajjiż.
Il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a li mhumiex mill-UE għandhom japplikaw għal dokument ta' residenza mal-awtoritajiet (ta' spiss fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom.
Biex japplikaw, jeħtiġilhom:
Ma għandhomx għalfejn jintalbu li jippreżentaw dokumenti oħrajn.
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu jew le d-dokument ta' residenza lill-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a li mhumiex mill-UE fi żmien 6 xhur. Jekk dawn ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Jekk l-applikazzjoni tkun rifjutata, jistgħu jappellaw. L-awtoritajiet għandhom jagħtuhom id-deċiżjoni bil-miktub, u jiddikjaraw ir-raġunijiet u l-implikazzjonijiet u jispeċifikaw kif jistgħu jappellaw u meta jistgħu jagħmlu dan.
Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċettat, huma għandu jinħarġilhom dokument ta' residenza. Id-dokumenti ta' residenza jinħarġu ta' spiss bla ħlas (jew bl-istess prezz li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).
Id-dokument ta' residenza għandu jkun validu għal 5 snin (jew għat-tul ippjanant li biħsiebhom joqogħdu, jekk iqsar). Jista' jkun jeħtieġlek tirrapporta kull tibdil ta' indirizz lill-awtoritajiet.
F'xi pajjiżi tal-UE, jekk qrabatek jew il-partner jonqsu milli jirreġistraw ir-residenza tagħhom, tista' tingħatalhom multa.
Billi l-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a għandu mnejn ikollhom jippruvaw f'kull ħin li għandhom id-dritt li jgħixu fil-pajjiż (pereżempju, jekk iwaqqfuhom il-pulizija), għandu jkollhom il-passaport fuqhom il-ħin kollu.
Jekk iħalluh id-dar, jistgħu jingħataw multa jew jinżammu temporanjament arrestati, iżda ma jistgħux jitkeċċew imħabba f'hekk.
Meta jkunu hemm, il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a li mhumiex mill-UE għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lil familthom għoti ta' flus għal manteniment għall-istudji qabel ma dawn jikkwalifikaw għal residenza permanenti.
Joaquín hu Spanjol iżda qed jgħix u jistudja fl-Ungerija. Zijuh Fernando, li għandu 85 sena, li jgħix l-Arġentina, jinsab marid serjament u, billi Joaquín hu l-unika persuna li tiġi minnu li għadha ħajja ma għandu lil ħadd aktar minn jieħu ħsiebu.
Joaquín applika għal dokument ta' residenza għal zijuh iżda l-awtoritajiet Ungeriżi rrifjutaw, minħabba li zijuh la hu axxendent lanqas dixxendent dirett tiegħu.
Joaquín talab lill-awtoritajiet biex jikkunsidraw in-natura speċjali tas-sitwazzjoni ta' zijuh. Dawn qablu li jagħmlu dan, iżda ma setgħux jiġġarantixxu deċiżjoni pożittiva billi z-zijiet ma għandhomx dritt awtomatiku ta' residenza.
Il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek fil-pajjiż tal-UE li se toqgħod fih jekk jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Fiż-żewġ każijiet, id-deċiżjoni għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet u l-implikazzjonijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Jekk kont qed tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma takkwista residenza permanenti fih (normalment wara li tkun għext fih għal 5 snin), il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a li mhumiex mill-UE jistgħu jibqgħu hemm jekk ikun ilhom jgħixu fih għal tal-anqas sena qabel mewtek.
Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE.
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:
Wara li jkunu ilhom jgħixu skont ma' titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor tal-UE b'mod kontinwu għal 5 snin, il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a awtomatikament jakkwistaw id-dritt ta' residenza permanenti fih, bl-istess mod li jakkwistawh martek/żewġek u wliedek.
Iċċekkja kif martek/żewġek u wliedek jistgħu jakkwistaw residenza permanenti.
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja