Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Studenti

Aġġornat : 22/09/2014

living-abroad

Il-familja tal-istudenti li mhijiex mill-UE

Ġenituri /qraba oħra tiegħi / partner mhux/mhix reġistrat/a

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Il-ġenituri tiegħek, qraba oħra u partner mhux/mhix irreġistrat/a jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE.

Jekk dawn joqogħdu sa 3 xhur, kull ma jkun jeħtiġilhom hu passaport validu u kultant, skont il-pajjiż li ġejjin minnu, viża tad-dħul.

Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti u l-eżenzjonijiet possibbli għal viża tad-dħul.

Qabel ma titlaq, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulat tal-pajjiż li sejjer fih biex tara jekk il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE jeħtiġilhomx viża tad-dħul, u kemm iddum biex tinħarġilhom.

Il-preżenza jeħtiġilha tkun rapportata

Ċerti pajjiżi tal-UE jitolbuhom li jirrapportaw il-preżenza tagħhom fi żmien raġonevoli wara li jaslu u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma jagħmlux dan.

Qabel ma jmorru fil-pajjiż l-ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex jirrapportaw l-preżenza tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali.

Billi l-ġenituri tiegħek, qraba oħra u partner mhux/mhix irreġistrat/a għandu mnejn ikollhom jippruvaw f'kull ħin  li għandhom id-dritt li jgħixu fil-pajjiż (pereżempju, jekk iwaqqfuhom il-pulizija), għandu jkollhom il-passaport fuqhom il-ħin kollu. Jekk iħalluh id-dar, jistgħu jingħataw multa jew jinżammu temporanjament arrestati, iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk.

Trattament ugwali

Meta jkunu hemm, il-ġenituri tiegħek, qraba oħra u partner mhux/mhix irreġistrat/a  għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Anke jekk ikunu hemm bħala turisti, ma għandhomx, pereżempju jħallsu aktar flus biex iżuru l-mużewijiet jew meta jixtru biljetti tat-trasport, eċċ.

Eċċezzjoni: xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lill-membri ta' familthom għajnuna finanzjarja matul l-ewwel 3 xhur jew għoti ta' flus ta' manteniment għall-istudji sakemm huma jikkwalifikaw għal residenza permanenti.

Tkeċċija

Il-pajjiż il-ġdid tiegħek ta' residenza jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċi lill-ġenituri tiegħek, lil qrabatek jew il-partner għal raġunijiet ta' politika u sigurtà pubblika jew minħabba saħħa pubblika.

L-awtoritajiet għandhom jipprovaw li huma jippreżentaw theddida serja b'mod ġenwin, attwali u suffiċjenti.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet u l-implikazzjonijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

L-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE fejn qed tistudja għandhom jassessjaw jekk il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a  li mhumiex mill-UE għandhomx jitħallew joqogħdu fih bħala membri tal-familja ta' ċittadin mill-UE li qed jistudja fih. Il-valutazzjoni għandha ssir abbażi tal-kundizzjonijiet nazzjonali u każ b'każ. 

L-awtoritajiet għandhom jassessjaw jekk qaribek/il-partner tiegħek j/tistax j/toqgħod aktar minn 3 xhur bil-kundizzjoni li int:

  • reġistrat/a fi stabbiliment approvat ta' edukazzjoni
  • għandek dħul ta' flus suffiċjenti (minn kull sors) għal familtek kollha biex tgħixu mingħajr ma jkun jeħtiġilkom għajnuna finanzjarja
  • għandek assigurazzjoni fuq is-saħħa komprensiva għal familtek kollha f'dak il-pajjiż

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux  jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jkun jikkwalifika lil familtek għall-għajnuna finanzjajra f'dak il-pajjiż.

Dokument ta' residenza

Il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a  li mhumiex mill-UE għandhom japplikaw għal dokument ta' residenza mal-awtoritajiet (ta' spiss fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom.

Sib kif iġġib karta tar-residenza għall-membri tal-familja mhux mill-UE.

Trattament ugwali

Meta jkunu hemm, il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a li mhumiex mill-UE għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lil familthom għoti ta' flus għal manteniment għall-istudji qabel ma dawn jikkwalifikaw għal residenza permanenti.

Storja bħala eżempju

Ma tingħatax residenza awtomatika lil xi ħadd marid li jiġi minnek

Joaquín hu Spanjol iżda qed jgħix u jistudja fl-Ungerija. Zijuh Fernando, li għandu 85 sena, li jgħix l-Arġentina, jinsab marid serjament u, billi Joaquín hu l-unika persuna li tiġi minnu li għadha ħajja ma għandu lil ħadd aktar minn jieħu ħsiebu.

Joaquín applika għal dokument ta' residenza għal zijuh iżda l-awtoritajiet Ungeriżi rrifjutaw, minħabba li zijuh la hu axxendent lanqas dixxendent dirett tiegħu.

Joaquín talab lill-awtoritajiet biex jikkunsidraw in-natura speċjali tas-sitwazzjoni ta' zijuh. Dawn qablu li jagħmlu dan, iżda ma setgħux jiġġarantixxu deċiżjoni pożittiva billi z-zijiet ma għandhomx dritt awtomatiku ta' residenza.

Talba biex jitilqu / Tkeċċija

Il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek fil-pajjiż tal-UE li se toqgħod fih jekk jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Fiż-żewġ każijiet, id-deċiżjoni għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet u l-implikazzjonijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Mewt

Jekk kont qed tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut qabel ma takkwista residenza permanenti fih (normalment wara li tkun għext fih għal 5 snin), il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a  li mhumiex mill-UE jistgħu jibqgħu hemm jekk ikun ilhom jgħixu fih għal tal-anqas sena qabel mewtek.

Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE.

Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:

Residenza permanenti

Wara li jkunu ilhom jgħixu skont ma' titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor tal-UE b'mod kontinwu għal 5 snin, il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix irreġistrat/a awtomatikament jakkwistaw id-dritt ta' residenza permanenti fih, bl-istess mod li jakkwistawh martek/żewġek u wliedek.

Iċċekkja kif martek/żewġek u wliedek jistgħu jakkwistaw residenza permanenti.

Partner reġistrat/a

Ċerti pajjiżi tal-UE jittrattaw partners reġistrati bl-istess mod kif jittrattaw koppji miżżewġin. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-miżżewġin.

Pajjiżi oħrajn tal-UE ma jirrikonoxxux partnerships reġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għal qraba oħrajn.

Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta' partnerships reġistrati fl-Ewropa.

Il-mara / ir-raġel / l-ulied

Din it-taqsima hi dwar  id-drittijiet tal-membri ta' familtek li mhumiex ċittadini mill-UE, u qed jakkumpanjawk jew jingħaqdu miegħek meta tiċċaqlaq minn  pajjiż tal-UE għal ieħor.

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Martek jew żewġek u uliedek (neputijietek) li jiddependu minnek li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjież ieħor tal-UE. Jekk dawn joqogħdu għal anqas minn 3 xhur, kulma jkun jeħtiġilhom hu passaport validu u kultant, skont il-pajjiż li ġejjin minnu, viża tad-dħul.

Aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti/l-eżenzjonijiet għal viża tad-dħul.

Qabel ma titlaq, jekk jogħġbok iċċekkja mal-konsulat tal-pajjiż li sejjer fih biex tara jekk il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE jeħtiġilhomx viża tad-dħul, u kemm iddum biex tinħarġilhom.

Il-preżenza jeħtiġilha tkun rapportata

Ċerti pajjiżi tal-UE jeħtieġu lil martek/żewġek, uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE li jirrapportaw il-preżenza tagħhom f'perjodu raġonevoli ta' żmien wara li jaslu u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma jagħmlux dan.

Qabel ma jmorru fil-pajjiż l-ieħor, jekk jogħġbok iċċekkja kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan u l-kundizzjonijiet rilevanti biex jirrapportaw l-preżenza tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali.

Żewġek/martek, jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE għandhom dejjem iġorru l-passaport tagħhom fuqhom il-ħin kollu.

F'ċerti pajjiżi tal-UE, jistgħu jiġu mmultati jew arrestati temporanjament jekk iħallu dawn id-dokumenti id-dar, iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk.

Trattament ugwali

Meta jkunu hemm, għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Anke jekk ikunu hemm bħala turisti, ma għandhomx, pereżempju, iħallsu aktar flus biex iżuru l-mużewijiet jew meta jixtru biljetti tat-trasport, eċċ.

Eċċezzjoni: Jekk int pensjonant, ċerti pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lilek u lil familtek għajnuna finanzjarja għall-ewwel 3 xhur f'dak il-pajjiż.

Tkeċċija

Il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista', f'każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedi li jkeċċi lil żewġek/martek jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE għal raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika, jew ta' saħħa pubblika - iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Martek/żewġek u wliedek (neputijietek) dipendenti minnek li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek fil-pajjiż tal-UE fejn tkun qed tistudja jekk:

  • huma reġistrati fi stabbiliment approvat ta' edukazzjoni
  • għandek dħul suffiċjenti biex iżżomm lil familtek kollha mingħajr ħtieġa ta' għajnuna finanzjarja
  • għandek assigurazzjoni fuq is-saħħa komprensiva għal familtek kollha f'dak il-pajjiż.

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jikkwalifikak għal għajnuna finanzjajra bażika. Id-dħul ta' flus jista' jkun ġej minn familtek, mill-partner tiegħek jew minn sors ieħor.

Dokument ta' residenza

Martek/żewġek, uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE għandhom japplikaw għal dokument ta' residenza mal-awtoritajiet fil-pajjiż il-ġdid (ta' spiss l-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija lokali) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom. Imbagħad jinħarġilhom dokument ta' residenza.

Sib kif iġġib karta tar-residenza għall-membri tal-familja mhux mill-UE.

Trattament ugwali

Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, martek/żewġek jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE għandhom ikunu trattat daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lil familthom għoti ta' flus għal manteniment għall-istudji sakemm huma jikkwalifikaw għal residenza permanenti.

Talba biex jitilqu / tkeċċija

Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jkomplux jagħmlu dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, u tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Mewt - Divorzju

Jekk kont qed tgħix kif titlob il-liġi f'pajjiż ieħor tal-UE u tmut jew tingħata d-divorzju qabel ma tkun akkwistajt residenza permanenti hemm (ta' spiss billi tgħix fih għal 5 snin), martek/żewġek jew uliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu hemm, jekk:

  • ikunu ilhom jgħixu hemm għal tal-anqas sena qabel mewtek jew
  • jekk iż-żwieġ tiegħek ikun dam tal-anqas 3 snin qabel ma jibdew il-proċeduri għad-divorzju, inkluża sena jgħixu fil-pajjiż l-ieħor.

Biex ikunu jistgħu jibqgħu, il-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE għandhom ukoll jissodisfaw l-istess kundizzjonijiet għal residenza bħala ċittadini tal-UE. 

Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:

Residenza permanenti

Wara li jkun ilhom jgħixu fil-pajjiż ġdid tiegħek tal-UE b'mod kontinwu għal 5 snin, martek/żewġek u wliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE jakkwistaw b'mod awtomatiku d-dritt ta' residenza permanenti fih mingħajr ma jkollhom jissodisfaw aktar kundizzjonijiet - huma jkunu jistgħu joqogħdu fih kemm iridu anki jekk ikunu bla xogħol u jkun jeħtiġilhom għajnuna finanzjarja.

Il-kontinwità ta' residenza tagħhom mhix affettwata minn:

  • assenza temporanja (ta' anqas minn 6 xhur fis-sena)
  • assenzi itwal (servizz militari obbligatorju)
  • assenza waħda li ma tkunx aktar minn 12-il xahar konsekuttiv għal raġunijiet importanti bħal tqala jew twellid ta' tarbija, mard serju, xogħol, taħriġ vokazzjonali jew ibgħit fuq xogħol f'pajjiż ieħor.

Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.

Jistgħu jitilfu d-dritt tagħhom għal residenza permanenti jekk jgħixu barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.

Dokument ta' residenza permanenti

Sib kif tikseb karta ta' residenza permanenti maħruġa biex tiċċertifika d-dritt tiegħek li tgħix hemm inkondizzjonalment.

Talba biex jitilqu / Tkeċċija

Martek/żewġek u wliedek (neputijietek) li mhumiex mill-UE jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jkomplux jagħmlu dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu - iżda ma jistgħux jitkeċċew.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex jitilqu għandha tingħatalhom bil-miktub, u tiddikjara r-raġunijiet u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.