Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Bħala ċittadini tal-UE, żewġek jew martek u wliedek (neputijietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż tal-UE ieħor bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:
Martek jew żewġek u wliedek (neputijietek), bħala ċittadini tal-UE, jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE:
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:
Jekk martek jew żewġek u wliedek (neputijietek) li huma dipendenti fuqek ma jaqgħux taħt waħda minn dawn il-kategoriji (pereżempju, int qed tistudja u l-partner tiegħek j/tibqa' d-dar mat-tarbija tagħkom, huma xorta waħda jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek bħala membri ta' familtek:
L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flus tiegħek ikun aktar mil-livell li jikkwalifikak għal għajnuna finanzjajra bażika.
Martek jew żewġek u wliedek (neputijietek), bħala ċittadini tal-UE, jistgħu jgħixu miegħek f'pajjiż tal-UE ieħor bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Jekk joqogħdu miegħek bħala membri ta' familtek, martek/żewġek u wliedek (neputijietek) li jiddependu minnek jeħtiġilhom id-dokumenti li ġejjin biex jakkwistaw iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni:
Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.
Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għal membri ta' familtek, tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandu jinħarġilhom immedjatament u ma għandux isir ħlas għalih akar milli jħallsu ċ-ċittadini tal-pajjiż għal karti tal-identità.
Dan għandu jkun validu b'mod indefinittiv. Dan ma għandux jiġġedded, għalkemm jista' jkun jeħtieġlek tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet lokali.
Meta jkunu hemm, għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lil familthom għoti ta' flus għal manteniment għall-istudji sakemm huma jikkwalifikaw għal residenza permanenti.
Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jistgħu joqogħdu f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex iħallu l-pajjiż għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha, u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Bħala ċittadini tal-UE, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jistgħu jakkwistaw id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti jekk ikunu għexu kif titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor għal 5 snin kontinwi, bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.
Dan ifisser li huma jistgħu joqogħdu fih kemm iridu - anki jekk huma ma jaħdmux jew jekk jeħtieġu għajnuna finanzjarja. Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja