Mogħdija tan-navigazzjoni

Studenti

Aġġornat : 12/2011

Membri tal-familja mill-UE

Partner reġistrat/a

Bħala ċittadin tal-UE, il-partner reġistrat/a tiegħek j/tista' j/tgħix fil-pajjiż ġdid tiegħek tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Jekk il-partner tiegħek qed j/taħdem, j/tirċievi pensjoni jew qed j/tistudja, għandek tiċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet li jinsabu hawn:

Jekk il-partner tiegħek ma j/tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet (pereżempju, int taħdem iżda l-partner j/tibqa' d-dar), hu jew hi xorta jistgħu jibqgħu miegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek bħala membru ta' familtek.

Ċerti pajjiżi tal-UE jittrattaw partnerxips reġistrati bl-istess mod kif jittrattaw koppji miżżewġin, għalhekk għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza applikabbli u l-kundizzjonijiet għall-miżżewġin jekk trid tmur tgħix f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:

  • L-Awstrija
  • Il-Belġju
  • Il-Bulgarija
  • Ir-Repubblika Ċeka
  • Il-Danimarka
  • Il-Finlandja
  • L-Islanda
  • Il-Litwanja
  • Il-Lussemburgu
  • Il-Pajjiżi l-Baxxi
  • In-Norveġja
  • Il-Portugall
  • Spanja
  • L-Isvezja
  • Ir-Renju Unit

Jekk trid tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE:

  • Ċipru
  • L-Estonja
  • Franza
  • Il-Ġermanja
  • Il-Greċja
  • L-Ungerija
  • L-Irlanda
  • L-Italja
  • Il-Latvja
  • Il-Liechtenstein
  • Malta
  • Il-Polonja
  • Ir-Rumanija
  • Is-Slovakkja
  • Is-Slovenja

għandek tiċċekkja d-drittijiet applikabbli għar-residenza tiegħek u l-kundizzjonijiet għal qraba oħra.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?