Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Bħala ċittadini tal-UE, il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a għandhom id-dritt li joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sa 3 xhur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Jekk (il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a) ma jaqgħux f'waħda minn dawn il-kategoriji (pereżempju, int qed tistudja u l-partner tiegħek j/tibqa' d-dar mat-tarbija tagħkom, huma xorta waħda jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek bħala membri ta' familtek:
L-awtoritajiet fil-pajjiż ġdid tiegħek għandhom jiddeċiedu abbażi ta' każ b'każ, u jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi personali tiegħek u l-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom.
Il-liġi tal-UE tiggarantixxi lill-partner mhux/mhix reġistrat/a tiegħek jew lil qrabatek li jiddependu minnek li:
Bħala student, ikollok tipprova li int għandek (għall-ġenituri, qraba oħra jew partner mhux/mhix reġistrat/a):
L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jikkwalifikak għal għajnuna finanzjajra bażika.
Il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a għandhom japplikaw għaċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-awtoritajiet (ta' spiss fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom.
Bħala ċittadini tal-UE, huma jistgħu joqogħdu f'pajjiż tal-UE miegħek bl-istess kundizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għal ċittadini tal-UE.
Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:
Jekk joqogħdu miegħek bħala membri ta' familtek, jeħtiġilhom id-dokumenti li ġejjin biex jakkwistaw iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni:
Ma għandhomx għalfejn jintalbu li jippreżentaw dokumenti oħrajn.
L-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni tagħhom malajr kemm jista' jkun.
Jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun miċħuda, il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a jistgħu jappellaw. L-awtoritajiet għandhom jagħtuhom id-deċiżjoni bil-miktub. Din għandu jkollha lista sħiħa tar-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjonijiet u l-implikazzjonijiet tagħha, u għandha tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Jekk l-applikazzjoni tagħhom tkun aċċettata, il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a għandhom jinħarġilhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni li jiddikjara isimhom u l-indirizz tagħhom u d-data ta' reġistrazzjoni.
Iċ-ċertifikat għandu jinħareġ bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).
Iċ-ċertifikat għandu jkun validu b'mod indefinittiv (ma għandux ikun imġedded), għalkemm jista' jkun jeħtiġilhom jirrapportaw kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet lokali.
F'xi pajjiżi tal-UE, jekk il-ġenituri tiegħek, il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a jonqsu milli jirreġistraw ir-residenza tagħhom, tista' tingħatalhom multa.
F'ħafna pajjiżi, huma jkun jeħtiġilhom iġorru l-ħin kollu fuqhom iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni u l-karta tal-identità jew il-passaport tagħhom. Jekk iħalluhom id-dar, huma jistgħu jingħataw multa iżda ma jistgħux jitkeċċew minħabba f'hekk.
Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għall-partner tiegħek jew għal membri ta' familtek, tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.
Meta jkunu hemm, il-ġenituri tiegħek / partner mhux/mhix reġistrat/a / qraba oħra għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.
Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lil familthom għoti ta' flus għal manteniment għall-istudji sakemm huma jikkwalifikaw għal residenza permanenti.
Il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix reġistrat/a jistgħu jgħixu fil-pajjiż tiegħek sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.
F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.
Fiż-żewġ każijiet, id-deċiżjoni għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha, u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.
Bħala ċittadini tal-UE, il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a jistgħu jakkwistaw id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti jekk ikunu għexu kif titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor tal-UE għal 5 snin kontinwi, bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.
Dan ifisser li huma jistgħu joqogħdu fih kemm iridu - anki jekk huma ma jaħdmux jew jekk jeħtieġu għajnuna finanzjarja. Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.
Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:
jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja