Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 22/09/2014

living-abroad

Il-familja tal-istudenti mill-UE

Il-ġenituri tiegħi /qraba oħra / partner mhux/mhix reġistrat/a
Il-ġenituri tiegħi /qraba oħra / partner mhux/mhix reġistrat/a

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Bħala ċittadini tal-UE, il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a għandhom id-dritt li joqogħdu miegħek f'pajjiż ieħor tal-UE sa 3 xhur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Jekk (il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a) ma jaqgħux f'waħda minn dawn il-kategoriji (pereżempju, int qed tistudja u l-partner tiegħek j/tibqa' d-dar mat-tarbija tagħkom, huma xorta waħda jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek bħala membri ta' familtek:

  • Il-ġenituri u qraba oħra jistgħu joqogħdu jekk huma:
    • morda serjament u għandhom bżonnek biex tieħu ħsiebhom int stess, jew
    • jiddependu ekonomikament minnek.
  • Il-partner mhux/mhix reġistrat/a j/tista' j/toqgħod jekk dan/din ilu/ilha f'relazzjoni fit-tul miegħek.

L-awtoritajiet fil-pajjiż ġdid tiegħek għandhom jiddeċiedu abbażi ta' każ b'każ, u jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi personali tiegħek u l-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom.

Il-liġi tal-UE tiggarantixxi lill-partner mhux/mhix reġistrat/a tiegħek jew lil qrabatek li jiddependu minnek li:

  • l-awtoritajiet ta' dak il-pajjiż jassessjaw l-applikazzjoni tagħhom biex jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek
  • jirċievu deċiżjoni bil-miktub malajr kemm jista' jkun
  • jistgħu jappellaw jekk l-applikazzjoni tagħhom tiġi miċħuda. Iċ-ċaħdiet għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet u l-implikazzjonijiet, u jispeċifikaw kif dawn jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Bħala student, ikollok tipprova li int għandek (għall-ġenituri, qraba oħra jew partner mhux/mhix reġistrat/a):

  • dħul ta' flus suffiċjenti biex tgħixu mingħajr ma jkun jeħtiġilkom għajnuna finanzjarja
  • azzigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa fil-pajjiż ġdid tiegħek.

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jikkwalifikak għal għajnuna finanzjajra bażika.

Reġistrazzjoni

Il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a għandhom japplikaw għaċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni mal-awtoritajiet (ta' spiss fl-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija) fi żmien 3 xhur mill-wasla tagħhom.

Sib kif iġġib ċertifikat ta' reġistrazzjoni għall-membri tal-familja li jgħixu miegħek.

Trattament ugwali

Meta jkunu hemm, il-ġenituri tiegħek / partner mhux/mhix reġistrat/a / qraba oħra għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lil familthom għoti ta' flus għal manteniment għall-istudji sakemm huma jikkwalifikaw għal residenza permanenti.

Talba biex jitilqu / tkeċċija

Il-ġenituri tiegħek, qraba oħra jew partner mhux/mhix reġistrat/a jistgħu jgħixu fil-pajjiż tiegħek sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Fiż-żewġ każijiet, id-deċiżjoni għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha, u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Residenza permanenti

Bħala ċittadini tal-UE, il-ġenituri, qraba oħra u partner mhux/mhix reġistrat/a jistgħu jakkwistaw id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti jekk ikunu għexu kif titlob il-liġi fil-pajjiż l-ieħor tal-UE għal 5 snin kontinwi, bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Dan ifisser li huma jistgħu joqogħdu fih kemm iridu - anki jekk huma ma jaħdmux jew jekk jeħtieġu għajnuna finanzjarja. Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.

Skopri kif jinħarġilhom dokument ta' residenza permanenti li jiċċertifika d-dritt tagħhom li jibqgħu bla kundizzjonijiet.

Partner reġistrat/a
Partner reġistrat/a

Bħala ċittadin tal-UE, il-partner reġistrat/a tiegħek j/tista' j/tgħix fil-pajjiż ġdid tiegħek tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Jekk il-partner tiegħek qed j/taħdem, j/tirċievi pensjoni jew qed j/tistudja, għandek tiċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet li jinsabu hawn:

Jekk il-partner tiegħek ma j/tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet (pereżempju, int taħdem iżda l-partner j/tibqa' d-dar), hu jew hi xorta jistgħu jibqgħu miegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek bħala membru ta' familtek.

Ċerti pajjiżi tal-UE jittrattaw partnerxips reġistrati bl-istess mod kif jittrattaw koppji miżżewġin. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għall-miżżewġin.

Pajjiżi oħrajn tal-UE ma jirrikonoxxux partnerships reġistrati bħala ekwivalenti għaż-żwieġ. F'dan il-każ, għandek tiċċekkja d-drittijiet ta' residenza u l-kundizzjonijiet applikabbli għal qraba oħrajn.

Skopri aktar dwar ir-rikonoxximent ta' partnerships reġistrati fl-Ewropa.

Il-mara / ir-raġel / l-ulied
Il-mara / ir-raġel / l-ulied

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Bħala ċittadini tal-UE, żewġek jew martek u wliedek (neputijietek) jistgħu joqogħdu miegħek f'pajjiż tal-UE ieħor bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Martek jew żewġek u wliedek (neputijietek), bħala ċittadini tal-UE, jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tal-UE bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE:

Iċċekkja d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-formalitajiet:

Jekk martek jew żewġek u wliedek (neputijietek) li huma dipendenti fuqek ma jaqgħux taħt waħda minn dawn il-kategoriji (pereżempju, int qed tistudja u l-partner tiegħek j/tibqa' d-dar mat-tarbija tagħkom, huma xorta waħda jistgħu jgħixu miegħek fil-pajjiż ġdid tiegħek bħala membri ta' familtek:

  • huma reġistrati fi stabbiliment approvat ta' edukazzjoni
  • dħul ta' flus suffiċjenti għal familtek kollha biex tgħixu mingħajr ma jkun jeħtiġilkom għajnuna finanzjarja
  • ikollok assigurazzjoni fuq is-saħħa komprensiva għal familtek kollha fil-pajjiż il-ġdid.

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flus tiegħek ikun aktar mil-livell li jikkwalifikak għal għajnuna finanzjajra bażika.

Reġistrazzjoni

Sib kif iġġib ċertifikat ta' reġistrazzjoni għall-membri tal-familja li jgħixu miegħek.

Trattament ugwali

Meta jkunu hemm, għandhom ikunu trattati daqs ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-impjieg, paga, benefiċċji li jagħmluha faċli li jingħatalhom ix-xogħol, reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Xi pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux lill-istudenti u lil familthom għoti ta' flus għal manteniment għall-istudji sakemm huma jikkwalifikaw għal residenza permanenti.

Talba biex jitilqu / tkeċċija

Martek jew żewġek, uliedek (neputijietek) jistgħu joqogħdu f'pajjiż ieħor tal-UE sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan aktar, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika iżda dan jista' jsir biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex iħallu l-pajjiż għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha, u tispeċifika kif huma jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Residenza permanenti

Bħala ċittadini tal-UE, martek/żewġek, uliedek (neputijietek) jistgħu jakkwistaw id-dritt awtomatiku ta' residenza permanenti jekk ikunu għexu kif titlob il-liġi  fil-pajjiż l-ieħor għal 5 snin kontinwi, bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għalik.

Dan ifisser li huma jistgħu joqogħdu fih kemm iridu - anki jekk huma ma jaħdmux jew jekk jeħtieġu għajnuna finanzjarja. Għandhom igawdu mill-istess drittijiet, benefiċċji u vantaġġi bħaċ-ċittadini tal-pajjiż.

Skopri kif jinħarġilhom dokument ta' residenza permanenti li jiċċertifika d-dritt tagħhom li jibqgħu bla kundizzjonijiet.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.