Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 13/09/2016

living-abroad

Studenti - drittijiet ta' residenza

Għandek dritt tgħix fil- pajjiż tal-UE fejn qed tistudja għat-tul ta' żmien kollu li jieħdu l-istudji tiegħek jekk:

  • int irreġistrat fi stabbiliment approvat tal-edukazzjoni
  • għandek dħul ta' flus suffiċjenti, minn kwalunkwe sors biex tgħix mingħajr ma jkun jeħtieġlek għajnuna finanzjarja
  • għandek assigurazzjoni fuq is-saħħa komprensiva hemm.

Meta tgħix sa 3 xhur barra pajjiżek

Ara li jkollok il-karta tal-identità nazzjonali (ID) jew passaport dejjem fuqek.

Bħala ċittadin tal-UE, l-uniku rekwiżit biex toqgħod f' pajjiż ieħor tal-UE għal inqas minn 3 xhur hu li jkollok karta tal-identità nazzjonali valida jew passport validu.

F'ħafna pajjiżi tal-UE, ikun jeħtieġlek li jkollok dejjem fuqek il-karta tal-identità jew il-passaport.

F'dawn il-pajjiżi, tista' tkun immultat jew arrestat temporanjament jekk tħalli dawn id-dokumenti tiegħek id-dar - iżda ma tistax tintbagħat lura f'pajjiżek minħabba f'hekk biss.

Iċċekkja jekk tridx iġġorr passaport jew karta tal-identità miegħek f'kull ħin fil-pajjiż li jospitak:

Irrapporta l-preżenza tiegħek

Ċerti pajjiżi tal-UE jitolbu minnek li tirrapporta l-preżenza tiegħek lill-awtoritajiet rilevanti f'perjodu raġonevoli ta' żmien wara li tasal. Huma jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma tagħmilx dan.

Skopri aktar dwar kif tirrapporta l-preżenza tiegħek .

Deportazzjoni.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeportak għal raġunijiet ta' politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika - iżda biss jekk ikun ippruvat li int ta' theddida serja.

Id-deċiżjoni ta' deportazzjoni għandha tingħatalek bil-miktub. Għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha għad-deportazzjoni tiegħek u tispeċifika kif int tista' tappella u sa meta.

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 3 xhur

Għandek dritt tgħix fil- pajjiż tal-UE fejn qed tistudja għat-tul ta' żmien kollu li jieħdu l-istudji tiegħek jekk:

  • int irreġistrat fi stabbiliment approvat tal-edukazzjoni
  • għandek dħul ta' flus suffiċjenti, minn kwalunkwe sors biex tgħix mingħajr ma jkun jeħtieġlek għajnuna finanzjarja
  • għandek assigurazzjoni fuq is-saħħa komprensiva hemm.

L-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jitolbu li d-dħul ta' flusek ikun aktar mil-livell li jikkwalifikak għal għajnuna finanzjajra bażika.

Titlef id-dritt tiegħek li toqgħod fil-pajjiż jekk tispiċċa l-istudji tiegħek u ma jkollox prova li qed taħdem jew li għad għandek mezzi suffiċjenti biex tfendi għal rasek.

Irreġistra r-residenza tiegħek

Matul l-ewwel 3 xhur taż-żjara tiegħek, il-pajjiż li jospitak jista' jitolbok li tirreġistra r-residenza tiegħek. Tista' tagħmel dan jekk tixtieq.

Wara 3 xhur, il- pajjiż li qed jospitak jista' jobbligak tirreġistra r-residenza tiegħek mal-awtoritajiet lokali biex turi li tissodisfa l-kundizjonijiet biex toqgħod hemm bħala student, u tikseb dokument li jikkonferma d-dritt tiegħek li toqgħod.

Skopri kif tirreġistra r-residenza tiegħek f'pajjiż ieħor .

Rikjesta ta' tluq u deportazzjoni

Tista' tgħix fil-pajjiż l-ieħor tal-UE sakemm tkompli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal residenza. Jekk ma tibqax tissodisfa dawn ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jobbligawk titlaq.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż li jospitak jista' jiddeportak għal raġunijiet ta' politika pubblika jew sigurtà pubblika - iżda biss jekk jista' juri li int ta' theddida serja.

Id-deċiżjoni ta' deportazzjoni jew it-talba biex titlaq għandha tingħatalek bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet għad-deportazzjoni tiegħek u tispeċifika kif int tista' tappella u sa meta.

Residenza permanenti

Jekk inti għext legalment, u ssodisfajt il-kundizzjonijiet biex tgħix bħala student f'pajjiż ieħor tal-UE għal żmien kontinwu ta' 5 snin, inti awtomatikament tikseb id-dritt ta' residenza permanenti hemm. Dan ifisser li tista' ddum tgħix fil-pajjiż kemm trid.

Il-kontinwità ta' residenza tiegħek ma tiġix affettwata minn:

  • assenzi temporanja (inqas minn 6 xhur fis-sena)
  • assenzi itwal għal servizz militari obbligatorju
  • assenza waħda ta' 12-il xahar konsekuttivi, għal raġunijiet importanti bħal tqala jew twelid ta' tarbija, mard serju, xogħol, taħriġ vokazzjonali jew għax tintbagħat fuq xogħol f'pajjiż ieħor.

Tista' titlef id-dritt tiegħek għal residenza permanenti jekk tgħix barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.

Dokument ta' residenza permanenti

Skopri kif tikseb dokument ta' residenza permanenti : dan jiċċertifika d-dritt tiegħek li tgħix fil-pajjiż li qed jospitak mingħajr kundizzjonijiet.

Deportazzjoni.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż fejn tgħix permanentament jista' jiddeċiedi li jiddeportak għal raġunijiet ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika, iżda biss jekk ikun jista' juri li int ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' deportazzjoni għandha tingħatalek bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha għad-deportazzjoni tiegħek u tispeċifika kif int tista' tappella u sa meta.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

jew ċittadin tal-Iżlanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.