Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 01/09/2014

Drittijiet ta' residenza għal dawk li qed ifittxu xogħol f'pajjiż barrani – FAQ

  • Jiena Ċek u nixtieq niċċaqlaq lejn l-Awstrija biex infittex xogħol hemmhekk. Kemm nista’ ndum hemm qabel ma nsib xogħol?

    Bħala persuna bla xogħol u li qed tfittex xogħol, int permess toqgħod l-Awstrija għal mill-inqas 6 xhur.
    Titħalla toqgħod aktar, anki jekk m’għandekx dħul jew benefiċċji tal-qgħad minn pajjiżek, dment li tista' turi li tkun ġenwinament qed tfittex xogħol u li għandek ċans reali li ssib wieħed. Tista’ turi dan, pereżempju, permezz ta' kopji ta’ applikazzjonijiet għal impjieg, stediniet għal intervisti, jew reazzjonijiet pożittivi għall-applikazzjonijiet tiegħek. 

  • Jien Irlandiż u mort ngħix l-Olanda biex infittex xogħol hemmhekk. Wara li kont Amsterdam għal 3 xhur, l-awtoritajiet lokali qaluli li rrid nirreġistra r-residenza tiegħi. Peress li qed infittex xogħol, mhux bilfors nirreġistra, hux? Għad għandi 4 intervisti ppjanati u m'inix ċert jekk nibqax għal aktar żmien fl-Olanda jekk ma nsibx xogħol fi żmien xahrejn.

    IVA — għandek raġun. Jekk qed tfittex xogħol, tista' toqgħod hemm mingħajr ma tirreġistra r-residenza tiegħek sa 6 xhur.

  • Jien Pollakk, u tlift ix-xogħol tiegħi fi Spanja. Nista’ niġi mkeċċi mill-pajjiż?

    LE - sakemm int tkun reġistrat bħala persuna mingħajr xogħol b’mod involontarju mas-servizzi pubbliċi tax-xogħol, jew bdejt taħriġ vokazzjonali. F’dawn il-każijiet iżżomm l-istatus tiegħek ta’ ħaddiem - tal-anqas għal sitt xhur, jekk ħdimt inqas minn sena. L-istess japplika jekk temporanjament ma tkunx tista’ taħdem minħabba xi marda jew aċċident.

    Fi kwalunkwe każ, iżżomm id-dritt ta’ residenza jekk għandek riżorsi suffiċjenti u assigurazzjoni komprensiva kontra l-mard jew jekk tkun għext fil-pajjiż għal aktar minn 5 snin (residenza permanenti).

  • Jien koka Spanjola u tlift xogħli fl-Awstrija. Ġejt djanjostikata bi problemi fi spallti , u għalhekk ma nistax naħdem. It-tobba qed jgħidu li għandi bżonn terapija ta' riabilitazzjoni għal tal-anqas sena. Nista' nibqa' ngħix l-Awstrija u nagħmel it-terapija tiegħi hemmhekk?

    IVA — Peress li m'intix kapaċi taħdem għal żmien temporanju minħabba marda, tista' tibqa' tgħix l-Awstrija sakemm tibqa' bl-istess kundizzjoni.

 

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika