Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 22/09/2014

living-abroad

Il-familja ta' min qed ifittex xogħol

Meta tgħix sa 6 xhur barra pajjiżek

Jekk int ċittadin tal-UE li qed tfittex xogħol f'pajjiż ieħor tal-UE, martek/żewġek, uliedek, neputijietek, il-ġenituri tiegħek u nannietek, jekk huma ċittadini tal-UE, jistgħu joqgħodu miegħek, taħt l-istess kundizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE.

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-formalitajiet għal:

Jekk martek/żewġek, uliedek, neputijietek, il-ġenituri tiegħek u nannietek mhumiex ċittadini tal-UE, jew ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta' residenza għaċ-ċittadini tal-UE, xorta jistgħu joqgħodu miegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek bħala membri tal-familja ta' ċittadin tal-UE li qed ifittex xogħol.

Xi pajjiżi tal-UE jirrikjedu li l-membri ta' familtek jirrappurtaw il-preżenza tagħhom lill-awtoritajiet rilevanti (normalment fil-muniċipju jew fl-istazzjoni tal-pulizija lokali) f'perjodu raġonevoli ta' żmien mill-wasla tagħhom.

Il-karta ta' residenza

Membri tal-familja li mhumiex mill-UE ta' ċittadini tal-UE jistgħu jiġu mitluba japplikaw għal karta ta' residenza.

Trattament ugwali

Matul iż-żmien li jkunu qed joqogħdu fil-pajjiż ġdid tiegħek, martek/żewġek, uliedek, neputijietek u l-ġenituri tiegħek u nannietek għandhom ikunu trattati bħaċ-ċittadini tal-pajjiż, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-aċċess għax-xogħol, il-paga, ir-reġistrazzjoni fl-iskejjel eċċ.

Talba biex titlaq / Tkeċċija

Martek/żewġek, uliedek, neputijietek, jew il-ġenituri tiegħek unannietek jistgħu jgħixu fil-pajjiż tiegħek sakemm jibqgħu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' residenza. Jekk ma jagħmlux dan, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jitolbuhom jitilqu.

F'każijiet eċċezzjonali, il-pajjiż il-ġdid tiegħek jista' jiddeċiedi li jkeċċihom għal raġunijiet ta' politika jew ta' sigurtà pubblika, iżda dan biss jekk ikun ippruvat li huma ta' theddida serja ħafna.

Id-deċiżjoni ta' tkeċċija jew it-talba biex iħallu l-pajjiż għanda tingħatalhom bil-miktub. Din għandha tiddikjara r-raġunijiet kollha u tispeċifika kif jistgħu jappellaw u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan.

Meta tgħix barra pajjiżek għal aktar minn 6 xhur

Martek/żewġek, uliedek, neputijietek, jew il-ġenituri tiegħek, nannietek, kemm jekk huma u kemm jekk mhumiex mill-UE, jistgħu joqgħodu miegħek fil-pajjiż il-ġdid tiegħek taħt ċerti kundizzjonijiet:

  • jekk tlift xogħlok wara li ħdimt fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, għandek tkun tista' turi dan u tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji, JEW
  • jekk qed tfittex l-ewwel xogħol fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, għandek tkun tista' tipprova li qed tfittex xogħol attivament u li għandek ċans realistiku li ssib xogħol.

Storja bħala eżempju

Celia hi Ġermaniża u taħdem l-Awstrija. Hi miżżewġa lil Özgür, ċattadin Turk. Özgür, bħala r-raġel ta' Celia, ingħata karta ta' residenza biex jgħix u jaħdem l-Awstrija. Wara 13-il xahar, Celia titlef xogħolha. Hi rreġistrat mas-servizz tax-xogħol tal-Awstrija u qed tfittex xogħol ġdid. Kemm Özgür u kemm Celia jistgħu jibqgħu jgħixu l-Awstrija.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

F'dan il-każ it-28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein

Retour au texte en cours.