Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Dokumenti u formalitajiet

Aġġornat : 17/09/2014

living-abroad

Kif tirrapporta preżenza ta' żjarat qosra (<3 xhur)

Ċerti pajjiżi tal-UE jitolbu minnek li tirrapporta l-preżenza tiegħek lill-awtoritajiet rilevanti (normalment fl-uffiċċju tal-kunsill jew fl-għassa lokali tal-pulizija) fi żmien raġonevoli wara li tasal u jistgħu jimponu penali, bħal multa, jekk ma tagħmilx dan.

Kulma jeħtieġlek biex tirrapporta l-preżenza tiegħek hi l-karta tal-identità jew il-passaport; Jekk ikun hemm xi membri tal-familja miegħek li mhumiex ċittadini tal-UE, ikollhom bżonn passaport. Ma jeħtieġlek tagħmel ebda ħlas. Jekk qed toqgħod f'lukanda, normalment ikun biżżejjed li timla formola għal tal-apposta - il-lukanda tieħu ħsieb tal-kumplament.

Sib fejn u kif tirrapporta l-preżenza tiegħek fil-pajjiż ospitanti tiegħek:

L-Awstrija, il-Greċja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Ungerija: Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali.

Għal aktar informazzjoni, tista' wkoll tikkuntattja lill- awtoritajiet nazzjonali .

F'ċerti pajjiżi tal-UE, meta tonqos li tirrapporta l-preżenza tiegħek tista' teħel multa, iżda ma tistax titkeċċa minħabba f'hekk.

Storja bħala eżempju

Jekk tkun fuq btala, ikollok bżonn tirreġistra jekk tkun se tibqa' għal aktar minn 3 xhur

Hans hu Awstrijak u ta' kull sena jgħaddi l-vaganzi tas-sajf mal-kosta Taljana. Is-sajf li għadda dam l-Italja għal xahrejn fl-appartament tiegħu. Hu rrapporta l-preżenza tiegħu iżda l-awtoritajiet Taljani talbuh jirreġistra wkoll lilu nnifsu f'uffiċċju muniċipali u biex jipporva li kellu biżżejjed mezzi biex ifendi għal rasu fl-Italja.

Iżda Hans għandu dritt li jgħix l-Italja sa 3 xhur mingħajr ma jipprovdi ebda dokument ieħor ħlief il-karta tal-identità tiegħu. Jekk jgħix għal perjodu qasir ta' żmien biss, l-awtoritajiet Taljani jistgħu jitolbuh jirrapporta l-preżenza tiegħu, iżda mhux li jirreġistra.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?