Kif tirreġistra r-residenza tiegħek wara li jaqbżu l-ewwel 3 xhur

Waqt l-ewwel 3 xhur fil-pajjiż il-ġdid tiegħek, bħala ċittadin tal-UE, ma tistax tkun obbligat tapplika għal dokument ta' residenza li jikkonferma li inti tgħix hemm - għalkemm f'xi pajjiżi jista' jkollok tirrapporta l-preżenza tiegħek malli tasal.

Wara 3 xhur fil-pajjiż ġdid tiegħek, jista' jkun jeħtieġlek tirreġistra r-residenza tiegħek mal-awtorità rilevanti (normalment l-uffiċċju muniċipali jew l-għassa tal-pulizija), u jinħariġlek ċertifikat ta' reġistrazzjoni.

Se jkollok bżonn karta tal-identità valida jew passaport validu u:

  • Tkun impjegat / Tintbagħat taħdem barra pajjiżek
    • Ċertifikat ta' impjieg jew konferma ta' reklutaġġ minn min iħaddmek
  • Persuna li taħdem għal rasha
    • Prova li int taħdem għal rasek
  • Pensjonanti
    • Prova ta' assigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa
    • Evidenza li tista' tappoġġja lilek innifsek bla ma jkollok bżonn ta' appoġġ tad-dħul: ir-riżorsi jistgħu jiġu minn kwalunkwe sors
  • Studenti
    • Prova ta' reġistrazzjoni fi stabbiliment approvat ta' edukazzjoni
    • Prova ta' assigurazzjoni komprensiva fuq is-saħħa
    • Dikjarazzjoni li għandek biżżejjed riżorsi biex tappoġġja lilek innifsek bla ma jkollok bżonn ta' appoġġ tad-dħul: ir-riżorsi jistgħu jiġu minn kwalunkwe sors

Twissija

M'hemm bżonn tipprovdi ebda dokument ieħor.

Meta tirreġistra, għandek tingħata ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Dan iċ-ċertifikat jikkonferma d-dritt tiegħek li tgħix fil-pajjiż ġdid tiegħek.

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għandu jinħariġlek immedjatament u ma tħallasx aktar mill- prezz li ċ-ċittadini tal-pajjiż iħallsu għall-karti tal-identità.

Dan għandu jkun validu b'mod indefinittiv (m'hemmx għalfejn jiġġedded), għalkemm jista' jkun jeħtieġlek tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet lokali.

Skopri fejn u kif trid tirreġistra fil-pajjiż li qed jospitak:

Jekk ikollok tirreġistra, tista' tingħata multatalli ma tkunx għamilt dan iżda tista' tkompli tgħix fil-pajjiż u ma tistax titkeċċa minħabba f'hekk.

F'ħafna pajjiżi, se jkollok bżonn iġġorr fuqek iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni u l-karta tal-identità tiegħek jew il-passaport il-ħin kollu. Jekk tħallihom id-dar, tista' tingħata multa iżda ma tistax titkeċċa minħabba f'hekk.

Jekk tiltaqa' ma' problemi biex tingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek, tista' ċċempel lis- servizzi ta' għajnuna Iftaħ bħala link estern tagħna.

Ara wkoll kif:

Storja bħala eżempju

Tista' tibda taħdem mingħajr ma toqgħod tistenna sakemm tirreġistra

Kurt hu Ġermaniż li mar jgħix il-Belġju biex jaħdem bħala avukat indipendenti bi sħab. Meta mar biex jirreġistra l-uffiċċju muniċipali, qalulu li ma setax jibda jaħdem qabel ma jirċievi ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni.

Dan mhuwiex minnu: bħala ċittadin tal-UE, Kurt jista' jaħdem bħala persuna b'impjieg għal rasu mingħajr ma joqgħod jistenna ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni. Ikun xi jkun il-każ, l-awtoritajiet għandhom joħorġu ċertifikat ta' reġistrazzjoni immedjatament meta dan jintalab.

Mistoqsijiet frekwenti

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 12/10/2023
Ikkondividi din il-paġna