Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Dokumenti u formalitajiet

Aġġornat : 23/06/2014

living-abroad

Residenza permanenti (>5 snin) għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-UE

Lejn l-aħħar tar-residenza legali ta' ħames snin kontinwi tal-membri tal-familja tiegħek li mhumiex ċittadini tal-UE, dawn iridu japplikaw għand l-awtoritajiet għal karta ta' residenza permanenti.

Dan id-dokument ta' residenza permanenti ta' spiss jinħareġ bla ħlas (jew bl-istess ħlas li jħallsu għall-karti tal-identità ċ-ċittadini tal-pajjiż).

Id-dokument għandu jkun validu għal 10 snin u jiġġedded b'mod awtomatiku mingħajr ebda kundizzjoni jew rekwiżit.

Meta japplikaw għad-dokument ta' residenza permanenti tagħhom, huma għandhom jippreżentaw prova li ilhom jgħixu legalment fil-pajjiż għal 5 snin - pereżempju, dokument ta' residenza validu li jkun inħarġilhom 5 snin ilu.

Jekk tiltaqa' ma problemi biex tingħata dokument ta' residenza permanenti għall-membri ta' familtek li mhumiex mill-UE, tista' ċċempel lis-servizzi ta' għajnuna tagħna.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika