Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 13/10/2017

Residenza permanenti (>5 snin) għaċ-ċittadini tal-UE

Id-deċiżjoni tar-Renju Unit li jinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi jkomplu japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit u għalih:

Kif takkwista d-dritt ta' residenza permanenti

Bħala ċittadin tal-UE, tikseb awtomatikament id-dritt ta' residenza permanenti f'pajjiż ieħor tal-UE jekk għext hemm legalment għal perjodu kontinwu ta' 5 snin. Jekk tissodisfa dan ir-rekwiżit, tista' tapplika għal dokument ta' residenza permanenti, li jikkonferma d- dritt tiegħek li tgħix fil-pajjiż fejn qed tgħix bħalissa b'mod permanenti mingħajr ebda kundizzjoni.

Dan hu differenti miċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni li hu obbligatorju f'ħafna pajjiżi. Id- dokument ta' residenza permanenti mhuwiex obbligatorju.

Iżda jista' jkun utli meta tkun qed tittratta mal-awtoritajiet jew għal formalitajiet amministrattivi. Jista' jagħti l-każ li l-awtoritajiet ma jibqgħux jeħtieġuk turi li int impjegat u għandek riżorsi biżżejjed, assigurazzjoni tas-saħħa, eċċ.

Kif tapplika għal dokument ta' residenza permanenti

Biex iġġib dokument li jiċċertifika d-dritt tiegħek ta' residenza permanenti, trid tippreżenta prova li ilek tgħix legalment fil-pajjiż għal 5 snin.

Trid tibgħat dokumenti ta' prova differenti mal-applikazzjoni tiegħek, skont is-sitwazzjoni tiegħek (impjegat, taħdem għal rasek, qed tfittex xogħol, pensjonant, student). Dawn jistgħu jinkludu:

  • ċertifikat ta' reġistrazzjoni validu maħruġ meta wasalt fil-pajjiż ospitanti
  • prova li ilek tgħix fil-pajjiż, bħal kontijiet tas-servizzi u kuntratti tal-kera
  • provi bħal riċevuti tal-paga, dikjarazzjonijiet bankarji, dikjarazzjonijiet tat-taxxa li kont qed taħdem, tistudja, taħdem għal rasek, awtosuffiċjenti jew tfittex xogħol

L-awtoritajiet għandhom joħorġu d-dokument ta' residenza permanenti mill-iktar fis possibbli u ma jistgħux jiċċarġjawk aktar milli jħallsu n-nies tal-post għall-karti tal-identità tagħhom. Jekk ma jagħmlux dan tista' ċċempel lis- servizzi ta' assistenza tagħna.

Id-dokument jiġġedded awtomatikament bla ebda kundizzjoni jew rekwiżit. Madankollu, il- validità tiegħu tista' tvarja skont il-pajjiż li joħorġu.

Kif tikkwalifika għal residenza permanenti qabel 5 snin

F'xi każijiet speċifiċi tista' tapplika għal residenza permanenti qabel 5 snin. Iċċekkja tikkwalifikax.

Kif tista' titlef id-dritt ta' residenza permanenti

Tista' titlef id-dritt tiegħek għal residenza permanenti jekk tgħix barra l-pajjiż għal aktar minn sentejn konsekuttivi.

Residenza permanenti għall-membri tal-familja mill-UE

Japplikaw l-istess drittijiet għall-membri tal-familja tiegħek mill-UE. Huma intitolati wkoll għal dokument ta' residenza permanenti fil-pajjiż fejn huma residenti miegħek legalment għal perjodu kontinwu ta' 5 snin. 

 

Aqra aktar dwar id- drittijiet tal-membri tal-familja tiegħek li jgħixu fl-UE.

Ara wkoll kif iġġib ir- residenza permanenti għall-membri tal-familja tiegħek li mhumiex mill-UE.

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri