Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 31/07/2017

Ir-reġistrazzjoni ta' qrabatek mill-UE f'pajjiż ieħor tal-UE

Jekk tmur toqgħod f'pajjiż ieħor tal-UE, qrabatek dipendenti mill-UE jistgħu jiġu joqogħdu miegħek.

Wara 3 xhur fil-pajjiż il-ġdid, hemm mnejn ikollhom jirreġistraw ir-residenza tagħhom u jinħarġilhom ċertifikat ta' reġistrazzjoni.

Jekk qrabatek mill-UE ma jkunux dipendenti, jistgħu jirreġistraw fil-pajjiż il-ġdid tagħhom tal-UE bis-saħħa tad-drittijiet tagħhom stess.

Id-dokumenti ta' appoġġ għaċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni

Qrabatek se jkollhom bżonn dawn id- dokumenti li ġejjin biex jiksbu ċ- ċertifikat ta' reġistrazzjoni tagħhom miċ-ċentru ċiviku jew l-għassa tal-pulizija lokali:

  • il-karta tal-identità nazzjonali valida jew passaport validu
  • iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek jew kull prova oħra ta' residenza tiegħek fil-pajjiż
  • prova ta' kif tiġu minn xulxin (pereżempju ċertifikat taż-żwieġ jew tat-twelid)
  • għal uliedek (jew in-neputijiet), il-prova li huma taħt il-21 sena jew li jiddependu minnek
  • għall-ġenituri tiegħek (jew in-nanniet), il-prova li jiddependu minnek
  • għal membri oħra tal-familja prova li huma dipendenti minnek jew li hemm raġunijiet serji ta' saħħa li jeħtiġulek li tieħu f'idejk il-kura personali tagħhom
  • għal koppji mhux miżżewġa, prova ta' relazzjoni fit-tul

Ma għandu għalfejn jintalab ebda dokument ieħor.

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jinħareġ immedjatament għall-konjuġi, ulied jew neputijiet u ġenituri jew nanniet. Għal qraba oħra, l-awtoritajiet għandhom jiddeċiedu għandhomx joħorġu ċertifikat ta' reġistrazzjoni jew le malajr kemm jista' jkun.

Miżati

Iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni m'għandux jiswa akar milli jħallsu ċ-ċittadini tal-pajjiż għall-karti tal-identità jew dokumenti simili.

Validità

Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni hu indefinit (ma jkollux għalfejn jiġġedded), għalkemm jista' jkun jeħtieġlek tirrapporta kull bdil fl-indirizz lill-awtoritajiet lokali.

Fejn u kif tirreġistra skont il-pajjiż

Sib fejn u kif tirreġistra lil qrabatek tal-UE fil-pajjiż il-ġdid tiegħek:

Agħżel il-pajjiż

* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Jekk ikun meħtieġ mill-pajjiż il-ġdid tiegħek, qrabatek jistgħu jeħlu multa iżda ma jistgħux jitkeċċew jekk:

  • ma jirreġistrawx ir-residenza tagħhom
  • ma jġorrux iċ-ċertifikat ta' residenza jew il-karta tal-identità/passaport tagħhom il-ħin kollu

Jekk tiltaqa' ma' problemi biex tingħata ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni għal qrabatek, tista' ċċempel lis- servizzi ta' għajnuna tagħna.

Ara wkoll kif tista' tapplika għal karta ta' residenza għal qrabatek li mhumiex mill-UE.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri