Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Dikjarazzjoni ta’ Privatezza

Aġġornat : 08/06/2012

Il-privatezza tiegħek hi importanti għalina. L-aċċess għad-dejta personali tiegħek hu soġġett għal kontrolli stretti ta' sigurtà u d-dejta ma naqsmuhiex ma' partijiet terzi.

Għanijiet

L-Ewropa Tiegħek hu sit ospitat fuq Europa, is-sit web tal-Istituzzjonijiet Ewropej. Jipprovdi informazzjoni, gwida u pariri liċ-ċittadini u n-negozji tal-UE.

Il-qarreja ta' L-Ewropa Tiegħek jistgħu jħallu l-indirizz tal-email tagħhom biex jinżammu informati dwar l-aġġornamenti tal-kontenut jew biex jintalbu jipparteċipaw fi stħarriġiet u valutazzjonijiet tal-kwalità tas-sit web.

Liema dejta tiġi pproċessata?

L-indirizz tal-email u l-verżjoni lingwistika li tuża biex tidħol fis-sit L-Ewropa Tiegħek.

Għal kemm żmien ser tinżamm id-dejta tiegħek?

Id-dejta personali kollha riċevuta u maħżuna titħassar wara 5 snin minn tmiem is-sena meta nirċievu d-dejta.

X'inhu l-għan tal-ipproċessar tad-dejta?

Biex nibagħtulek aġġornamenti dwar l-informazzjoni, newsletters jew inviti biex tipparteċipa fl-istħarriġiet. Dan jista' jsir jew mill-Kummissjoni Ewropea u/jew mill-kuntratturi tagħha.

Id-dejta tiegħek ma tingħatax lil partijiet terzi għal kummerċ jew raġunijiet oħra.

Min ikollu aċċess għad-dejta personali tiegħek?

L-istaff tal-Kummissjoni (l-istaff responsabbli għas-sit L-Ewropa Tiegħek, it-tim ta' appoġġ tekniku) u l-istaff magħżul tal-kuntratturi tal-Kummissjoni.

Kif nipproteġu u nħarsu l-informazzjoni tiegħek?

Fil-Kummissjoni, id-dejta tista’ tkun aċċessata minn uffiċjali magħżula tal-Kummissjoni permezz ta’ user ID u password, u mill-kuntratturi responsabbli għall-aspetti tekniċi.

Barra l-Kummissjoni, staff magħżul tal-kuntratturi għandu aċċess għad-dejta personali tiegħek, billi jdaħħlu user ID u password.

Il-mod kif jaħdmu s-servers tagħna li fihom id-dejta personali huma konformi mal-arranġamenti ta' sigurtà tal-Kummissjoni u d-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttorat għas-Sigurtà għal servizzi u servers simili.

Aċċess għad-dejta personali tiegħek

M’għandekx aċċess dirett għad-dejta personali tiegħek maħżuna fil-bażi tad-dejta ta' L-Ewropa Tiegħek. Jekk tixtieq tkun taf liema partijiet mid-dejta personali tiegħek qed jiġu proċessati jew tixtieq timmodifika jew tħassar din id-dejta, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim ta’ L-Ewropa Tiegħek fl-indirizz li ssib iktar 'l isfel.

Liema hi l-liġi applikabbli?

Ir-Regolament (KE) 45/2001 japplika għall-ipproċessar tad-dejta mill-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttiva 95/46/KE  - tapplika għall-ipproċessar tad-dejta mill-kuntrattur.

Iktar Informazzjoni

Minbarra d-dikjarazzjoni tal-privatezza, japplika wkoll dan l-avviż legali.

Kuntatt

Għal informazzjoni u talbiet dwar id-dejta tiegħek:
European Commission
Internal Market and Services Directorate General
Single Market Advice and SOLVIT Task Force
1049 Brussels, Belgium
markt-b-tf1@ec.europa.eu

Għal ilmenti dwar l-ipproċessar tad-dejta tiegħek:
European Data Protection Supervisor (EDPS)
60 rue Wiertz (MO 63)
1047 Brussels, Belgium
telefown: +32 2 283 19 00
faks: +32 2 283 19 50
edps@edps.europa.eu