Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 19/05/2016

health

Il-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek

Fl-UE, il-pajjiż responsabbli għas-sigurtà soċjali tiegħek u l-assigurazzjoni fuq is-saħħa, jiddependi fuq l-istatus ekonomiku u l-post ta' residenza tiegħek – mhux in-nazzjonalità tiegħek. Kun ċert li tifhem taħt liema s-sigurtà soċjali ta' liema pajjiż għandek tkun kopert: aqra iżjed dwar il- kopertura tas-sigurtà soċjali f'pajjiż ieħor.

Jekk m'intix ċert dwar drittijietek u trid tiċċekkja qabel ma tieħu l-kura, ikkuntatta Punt ta' Kuntatt Nazzjonali għall-kura tas-saħħa. Hemm mill-inqas punt wieħed f'kull pajjiż tal-UE, u dawn jistgħu jgħidulek jekk tkunx intitolat għal rimborż, kif ukoll dwar kwalunkwe limiti applikati.

Japplikaw kundizzjonijiet speċjali għall-kopertura tal-kura tas-saħħa jekk int:

Taħdem f'pajjiż u tgħix f'ieħor

Jekk taħdem f'pajjiż tal-UE iżda tgħix f'ieħor, int intitolat għal kura medika fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.

Irreġistra fil-pajjiż fejn taħdem u ġġib il- formola S1 ( dik li qabel kienet il-formola E 106) mingħand l-awtorità tal-assigurazzjoni tas-saħħa. Din il-formola tintitola lilek u lid-dipendenti tiegħek biex tirċievu l-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħixu.

Id-dipendenti tiegħek jistgħu jgawdu wkoll mill-istess drittijiet bħalek jekk inti taħdem u assigurat fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE.

Jekk tgħix u int assigurat fil-Kroazja, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżlanda, l-Irlanda, in-Norveġja, l-Iżvezja jew ir-Renju Unit, id-dipendenti tiegħek jistgħu jirċievu l-kura fil-pajjiż fejn taħdem jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • il-kura ssir neċessarja fuq bażi medika matul iż-żjara tagħhom f'dak il-pajjiż, meta tqis in-natura tal-kura u t-tul mistenni taż-żjara
  • ikun hemm ftehim bejn il-pajjiżi/l-awtoritajiet ikkonċernati
  • tingħata awtorizzazzjoni minn qabel permezz tal- formola S2 ( li qabel kienet E 112) maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħix.

Il-kura għat-tfal morda

Bħala ħaddiem li tgħix f'pajjiż u taħdem f'ieħor, jekk tieħu liv biex tieħu ħsieb ta' wliedek meta jimirdu, iċċekkja mal-assiguratur tas-saħħa tiegħek jekk tikkwalifikax għall-benefiċċji. Jaf ma tkunx jekk uliedek ikunu assigurati flimkien mas-sieħba tiegħek fil-pajjiż fejn tgħix.

Meta tintbagħat taħdem f'pajjiż barrani għal żmien qasir (<2 snin)

Bħala ħaddiem issekondat barra minn pajjiżek għal żmien qasir (<2 snin) tista' tagħżel li tibqa' assigurat f'pajjiżek il-pajjiż li bagħtek - li hu responsabbli għall-kopertura tas-sigurtà soċjali tiegħek.

Itlob formola S1 ( dik li qabel kinet l-E 106) mill-awtorità tal-kura tas-saħħa ta' pajjiżek. Din tagħti d-dritt lilek u lil familtek għall-kura tas-saħħa waqt li tkunu qed tgħixu hemm.

Agħti l-formola S1 lill-awtorità tal-kura tas-saħħa tal-pajjiż ospitanti meta tasal.

Impjegat taċ-ċivil issekondat barra

Jekk int impjegat taċ-ċivil issekondat barra pajjiżek, għandek dritt għal kura medika fil-pajjiż fejn tgħix.

Itlob formola S1 ( dik li qabel kinet l-E 106) mingħand il-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn int impjegat. Din tagħti d-dritt lilek u lil familtek għall-kura tas-saħħa waqt li tkunu qed tgħixu hemm.

Agħti l-formola S1 lill-awtorità tal-kura tas-saħħa tal-pajjiż ospitanti meta tasal.

Student, riċerkatur jew apprendist f'pajjiż ieħor

Jekk tmur f'pajjiż ieħor tal-UE biex tistudja, tagħmel riċerka, fuq apprendistat jew taħriġ vokazzjonali, irid ikollok assigurazzjoni komprensiva tas-saħħa fil-pajjiż ospitanti.

  • Jekk m'intix impjegat, tista' tuża l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC) jekk int eliġibbli.
  • Jekk int impjegat fil-pajjiż ospitanti, għandek bżonn tirreġistra għall-iskema tal-kura tas-saħħa lokali hemmhekk.

    Xi studenti tad-dottorat ikunu kkunsidrati bħala ħaddiema residenti u jistgħu jkunu meħtieġa li jissottoskrivu għal skema tal-kura tas-saħħa lokali jew jieħdu assigurazzjoni privata.

  • Jekk tintbagħat għal perjodu temporanju f'università f'pajjiż ieħor tal-UE mill-università jew istituzzjoni ta' riċerka tiegħek, mela inti se tibqa' kopert/a bl-iskema tal-kura tas-saħħa f'pajjiżek waqt dak il-perjodu. Għandek tapplika għall- Karta EHIC, jew għal formola S1 , ( dik li qabel kinet l-E 106), qabel titlaq.

Iċċekkja mal-assiguratur tas-saħħa tiegħek jew ma' Punt ta' Kuntatt Nazzjonali f'pajjiżek jekk humiex se jkopru l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tiegħek barra minn pajjiżek għat-tul kollu taż-żjara tiegħek. Jekk jagħmlu dan, il-proċeduri amministrattivi jistgħu jkunu aktar sempliċi jekk ikollok Karta valida tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC).

Madankollu, ċerti assigurazzjonijiet tas-saħħa nazzjonali se jkopru l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tiegħek f'pajjiż ieħor għal żmien qasir biss. Ħafna drabi dan ikun il-każ għal studenti maturi (li għandhom aktar minn 28 jew 30 sena) u għal ħaddiema fuq taħriġ f'pajjiż ieħor. Jekk dan ikun il-każ, ikollok bżonn tirreġistra għall-kura tas-saħħa tal-istat fil-pajjiż ospitanti jew tħallas assigurazzjoni tas-saħħa privata.

Storja bħala eżempju

Iċċekkja r-regoli dwar is-sigurtà soċjali lokali

Wim huwa ċittadin Belġjan li mar jagħmel kors universitarju fl-Olanda. Ħa miegħu Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea valida. Wim kien qed jaħseb biex jaħdem part-time waqt l-istudji tiegħu. Madanakollu, fl-Olanda, huwa obbligatorju tħallas l-assigurazzjoni tas-saħħa bażika nazzjonali, li tiswa madwar EUR 1,100 fis-sena, jekk wieħed jaħdem hemm – ukoll jekk diġà jkollu Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea valida. L-ispiża tal-assigurazzjoni tas-saħħa bażika ġabet l-ispiża biex hu jaħdem hemm ogħla milli Wim kien ippjana.

Pensjonant

Il-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħix

  • Jekk tirċievi pensjoni mill-pajjiż fejn taħdem: int u familtek tkunu koperti mis-sistema ta' assigurazzjoni fuq il-kura tas-saħħa ta' dak il-pajjiż — kemm jekk tirċievi u kemm jekk ma tirċevix pensjoni minn pajjiżi oħrajn.
  • Jekk ma tirċevix pensjoni jew kwalunkwe dħul ieħor mill-pajjiż fejn tgħix: inti tappartjeni għas-sistema ta' assigurazzjoni fuq is-saħħa tal-pajjiż fejn kont assigurat l-aktar fit-tul.

Storja bħala eżempju

Kun af dwar is-sistema tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż il-ġdid tiegħek

Nicolas għex Franza u ħadem hemm kważi l-karriera tiegħu kollha — ħlief għal ftit snin meta ħadem l-Italja bħala wejter meta kien żgħir.

Meta Nicolas rtira, mar l-Italja. Il-pensjoni tiegħu kienet magħmula minn żewġ partijiet: pensjoni Taljana li tirrifletti s-snin meta ħadem l-Italja u pensjoni Franċiża għas-snin li ħadem Franza.

Peress li Nicolas jgħix l-Italja U jirċievi pensjoni mill-awtoritajiet Taljani, jappartjeni għas-sistema Taljana tal-assigurazzjoni fuq is-saħħa. M'għadux parti mis-sistema Franċiża.

Itlob formola S1 ( dik li qabel kinet l-E 106) mingħand il-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż.

Agħti l-formola S1 lill-awtorità tal-kura tas-saħħa tal-pajjiż ospitanti meta tasal.

Dan id-dokument jistabbilixxi d-dritt tiegħek għall-kopertura sħiħa tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Il-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn kont taħdem

Fil-prinċipju, int u familtek intom intitolati biss għal kura medika fil-pajjiż fejn tgħixu. Madankollu, jekk il-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek hu wieħed milli ġejjin, int u familtek intom intitolati għall-kopertura sħiħa tal-kura tas-saħħa kemm fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek kif ukoll fil-pajjiż fejn qed tgħix issa:

 

L-Awstrija

Il-Ġermanja

In-Netherlands

Il-Belġju

Il-Greċja

Il-Polonja

Il-Bulgarija

L-Ungerija

Is-Slovenja

Ċipru

L-Iżlanda

Spanja

Ir-Repubblika Ċeka

Il-Liechtenstein

L-Iżvezja

Franza

Il-Lussemburgu

L-Iżvizzera

Jekk int assigurat f'pajjiż li mhuwiex fil-lista, tkun intitolat biss għall-kopertura sħiħa tal-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn tgħix.

Għall-ħaddiema li jaħdmu f'pajjiż viċin ta' fejn jgħixu

Jekk l-iktar impjieg reċenti tiegħek kien f'pajjiż viċin ta' fejn tgħix, jiġifieri kont tgħix f'pajjiż wieħed u ta' kuljum kellek tmur f'pajjiż ieħor għax-xogħol, japplika dan li ġej:

Kontinwazzjoni ta' kura

Tista' tkompli tirċievi kura li bdejt fil-pajjiż fejn kont taħdem anke wara li tirtira.

Dan japplika wkoll għad- dipendenti tiegħek jekk il-kura tagħhom bdiet fi:

 

L-Awstrija

Il-Greċja

In-Netherlands

Il-Belġju

L-Ungerija

Il-Polonja

Il-Bulgarija

L-Italja

Il-Portugall

Ċipru

Il-Latvja

Ir-Rumanija

Ir-Repubblika Ċeka

Il-Liechtenstein

Is-Slovakkja

L-Estonja

Il-Litwanja

Is-Slovenja

Franza

Il-Lussemburgu

Spanja

Il-Ġermanja

Malta

L-Iżvizzera

Biex tkompli tirċievi l-kura li bdjet fil-pajjiż fejn kont taħdem, għandek tissottometti formola S3 lill-awtoritajiet tas-saħħa f'dak il-pajjiż.

Il-kopertura fil-pajjiż fejn kont taħdem u fil-pajjiż fejn tgħix

Jekk ħdimt tal-anqas sentejn bħala ħaddiem bejn żewġ pajjiżi matul il-5 snin ta' qabel l-irtirar, int intitolat għall-kura tas-saħħa kemm fil-pajjiż ta' residenza tiegħek kif ukoll fil-pajjiż fejn kont taħdem.

Kemm int kif ukoll dawk li jiddependu fuqek intom intitolati għal kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn ħdimtu qabel jekk dan il-pajjiż kif ukoll il-pajjiż fejn tgħix issa huma f'dan il-grupp:

 

L-Awstrija

Il-Ġermanja

Spanja

Il-Belġju

Il-Lussemburgu

 

Franza

Il-Portugall

 

Jekk tivvjaġġa lejn pajjiż fejn kont taħdem biex aċċessa trattament mediku hemm, u l-awtoritajiet f'dak il-pajjiż ma għadhomx responsabbli għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa, trid tissottometti formola S3. Tista' tikseb formola S3 mill-istituzzjoni tal-kura tas-saħħa responsabbli għall-kopertura tal-kura tas-saħħa tiegħek.

Is-sistemi tal-kura tas-saħħa jistgħu jvarjaw ħafna fl-Ewropa.

Il-pajjiżi tal-UE huma liberi li jistabbilixxu r-regoli tagħhom dwar l-inititolament għall-benefiċċji u s-servizzi. Pereżempju, jekk tapplika għal kura medika fil-pajjiż fejn qed tgħix issa, probabbilment ma tkunx intitolat għall-istess servizz eżatt bl-istess prezz bħal fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

Biex tevita problemi potenzjalment serji, skopri dwar is-sistema tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż ospitanti jew ikkuntattja l-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali.

Storja bħala eżempju

Kun af kif taħdem is-sistema tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż il-ġdid tiegħek

Susanne dejjem ħadmet il-Ġermanja u marret Spanja biex tirtira hemmhekk. Meta mardet, sabet servizz ta' kura fid-dar ma' kumpanija privata minħabba li m'hemmx assigurazzjoni pubblika għal kura fid-dar fi Spanja.

L-assigurazzjoni Ġermaniża tagħha għal kura fid-dar ħalset parti mill-ispejjeż, iżda s-sehem li kellha tħallas Susanne kien ogħla minn dak li kieku kienet tħallas kieku baqgħet il-Ġermanja. Dan ġara minħabba differenzi bejn is-sistemi ta' benefiċċji fil-Ġermanja u fi Spanja.

Differenzi fl-evalwazzjoni tal-livell ta' inkapaċità

Jekk titlob pensjoni ta' invalidità jew benefiċċju għal inkapaċità, kull pajjiż fejn ħdimt jista' jinsisti li jeżaminak separatament. Pajjiż wieħed jista' jevalwak li int serjament inkapaċitat, filwaqt li pajjiż ieħor jaf ma jikkunsidrax li int inkapaċitat.

Tgħallem iktar dwar pensjonijiet tal-invalidità fl-Ewropa.

Ara wkoll:

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri

    Sib għajnuna u pariri

    F'dan il-każ, l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvizzera.

    Retour au texte en cours.