Mistoqsijiet frekwenti - Kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek

Kull meta ċerti kundizzjonijiet ikunu jridu jiġu sodisfatti qabel ma tkun intitolat għall-kopertura tas-saħħa, il-korp nazzjonali tal-assigurazzjoni nazzjonali li jeżamina t-talba tiegħek għandu jqis il-perjodi ta' assigurazzjoni, ir-residenza jew l-impjieg li għamilt taħt il-leġiżlazzjoni ta' pajjiżi oħra. Dan jiżgura li ma titlifx il-kopertura tal-kura tas-saħħa tiegħek meta tibdel l-impjiegi jew tmur tgħix f’pajjiż ieħor. Ngħidu aħna, f'xi pajjiżi, ma tistax tkun intitolat għall-kura tas-saħħa wara li tkun ħallast l-assigurazzjoni għal sitt xhur hemm. Ir-regoli tal-UE jiżguraw li tkun intitolat għall-benefiċċji tal-mard mill-bidu tal-perjodu tal-assigurazzjoni hemm jekk kont diġà kopert għal 6 xhur jew aktar f'pajjiż ieħor tal-UE.
Bħala ħaddiem transfruntier int tista’ taċċessa l-kura tas-saħħa fiż-żewġ pajjiżi fejn tgħix u fejn taħdem. F'ħafna każijiet, hu iktar prattiku għalik li tirċievi l-kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn taħdem u fejn tqatta' l-biċċa l-kbira ta' ħinek.
Meta int stazzjonat mill-impjegatur tiegħek, jew “tistazzjona” lilek innifsek bħala ħaddiem self-employed, biex taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE, tibqa’ kopert minn pajjiżek. Jekk qed tmur tgħix fil-pajjiż fejn tkun stazzjonat, se tkun kopert fil-pajjiż fejn qed taħdem billi tuża l-formola S1.
IVA - f’xi każijiet. Tista’ tirċievi l-kura tas-saħħa fiż-żewġ pajjiżi anke wara li tirtira jekk kemm il-pajjiż fejn kont taħdem kif ukoll il-pajjiż responsabbli għall-kopertura tal-kura tas-saħħa tiegħek bħala pensjonant huma fost dawn: L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja.
Għal aktar informazzjoni, int għandek tikkuntattja lill-istituzzjoni nazzjonali tal-kura tas-saħħa tiegħek.
Il-pajjiż li hu responsabbli għall-kura tas-saħħa tiegħek huwa l-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek. Jekk tirċievi pensjoni minn iktar minn pajjiż wieħed u wieħed minnhom hu l-pajjiż fejn tgħix, il-pajjiż tar-residenza tiegħek se jkun responsabbli għall-kopertura tal-kura tas-saħħa tiegħek u tal-membri ta' familtek.
Jekk ma tirċevix pensjoni jew kwalunkwe dħul ieħor mill-pajjiż fejn tgħix, int u familtek għandkom tirċievu trattament mediku hemmhekk jekk tkun intitolat għal trattament mediku fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek. Għandek titlob formola S1 (dik li qabel kienet il-formola E106) mill-fornitur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek u tirreġistraha fil-pajjiż fejn tgħix.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Leġiżlazzjoni tal-UE

L-aħħar verifika: 18/11/2022
Ikkondividi din il-paġna