Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Kura tas-saħħa mhux ippjanata

Aġġornat : 25/10/2013

Pagamenti u rimborżi

Bil-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Jekk ikollok bżonn ta' trattament mediku f'pajjiż tal-UE ieħor, jekk tippreżenta l-EHIC tiegħek tista' tissimplifika il-proċeduri ta' pagament u rimborż.

Bil-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tista' tgawdi mill-kura tas-saħħa - u titlob rimborż għall-ispejjeż li ġġarrab - bl-istess termini bħaċ-ċittadini tal-pajjiż li tinsab fih. Jekk it-trattament li għandek bżonn huwa b'xejn għar-residenti lokali, int ma jkollokx għalfejn tħallas. Jekk it-trattament huwa b'pagament, tista' jew titlob rimborż mill-istituzzjoni nazzjonali waqt li tkun għadek fil-pajjiż u tieħu r-rimborż direttament hemmhekk, jew titlob għal rimborż mill-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek meta tasal id-dar. L-ispejjeż tiegħek jiġu rimborżati skont ir-regoli u r-rati tal-pajjiż fejn irċevejt it-trattament. Inti tingħata r-rimborż jew tal-ispiża sħiħa tat-trattament, jew ikollok tħallas it-tariffa tal-pazjent skont ir-regoli tal-pajjiż fejn ikun ingħata t-trattament. Min-naħa l-oħra, l-assiguratur jista' jiddeċiedi li jagħti rimborż tal-ispiża sħiħa skont ir-regoli tiegħu stess.

Storja bħala eżempju

Sib iktar informazzjoni dwar ir-regoli tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż li qed iżżur.

Anna għandha kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Istat fil-pajjiż tal-UE A u se tqatta' ftit xhur fil-pajjiż tal-UE B biex tispiċċa l-istudji tagħha. Għandha l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea magħha, maħruġa fil-pajjiż A. Hi tqila u se twelled waqt li tkun tinsab fil-pajjiż B. It-tqala u t-twelid huma meqjusa bħala kura medika urġenti, u għalhekk Anna se tikseb l-għajnuna medika neċessarja fil-pajjiż B meta tippreżenta l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea u l-karta tal-identità tagħha.

Anna se tiġi ttrattata fil-pajjiż B daqslikieku kienet assigurata f'dak il-pajjiż. Dan ifisser li jekk il-kura hi bla ħlas għall-persuni assigurati hemmhekk, se tkun bla ħlas għal Anna wkoll. Jekk il-persuni l-ewwel iħallsu imbagħad japplikaw għal rimborż, Anna se jkollha tħallas l-istess tariffi bħar-residenti assigurati, imbagħad tapplika għal rimborż. Għandha tapplika għar-rimborż fil-pajjiż B, fejn tkun rimborżata bl-istess rati bħar-residenti assigurati hemmhekk (il-pajjiż B mbagħad jikkomunika mal-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż A, fejn Anna hi assigurata, biex tieħu l-flus lura).

Jekk l-unika raġuni għaż-żjara ta' Anna fil-pajjiż B hija biex twelled hemmhekk, il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tista' tiġi rrifjutata: minflok għandha tagħmel l-arranġamenti għall-bżonnijiet tat-twelid barra minn pajjiżha qabel ma titlaq lejn il-pajjiż B. B'dan il-mod, tista' tkun żgura minn qabel dwar l-ispejjeż li jkollha tħallas.

Mingħajr Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

Jekk m'għandikx il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tiegħek jew ma tistax tużaha (pereżempju, fi sptar privat li mhuwiex kopert mill-iskema tal-EHIC), tista' tintalab tħallas u wara titlob għar-rimborż meta tasal lura f'pajjiżek. Dan japplika kemm għall-fornituri tal-kura tas-saħħa pubbliċi kif ukoll dawk privati. Madanakollu, it-termini jkunu differenti:

  • Huma biss dawk it-trattamenti li inti intitolat għalihom f'pajjiżek jiġu rimborżati.
  • Int tiġi rimborżat biss sal-ispiża tat-trattament f'pajjiżek - li tista' tkun inqas minn kemm inti tkun ħallast għat-trattament.

Jekk tkun teħtieġ trattament urġenti, l-awtorità tas-saħħa lokali tiegħi tista' tkun f'pożizzjoni li tgħin billi tibgħat prova tal-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa permezz tal-feks jew tal-posta elettronika sabiex int ma jkollokx għalfejn tħallas bil-quddiem.

Jekk m'intix ċert dwar dak li int intitolat għalih u tixtieq tiċċekkja qabel ma tirċievi t-trattament, kull pajjiż tal-UE għandu tal-inqas Punt ta' Kuntatt Nazzjonali li jista' jinfurmak dwar jekk intix intitolat għar-rimborż, kif ukoll dwar jekk japplikawx xi limiti.

Indirizzi u websajts nazzjonali siewja:

Agħżel:

Ir-regoli huma differenti jekk tivvjaġġa barra minn pajjiżek speċifikament għal trattament mediku.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika

Footnote

F'dan il-każ, 28 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.