Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
Qabel ma tivvjaġġa f'pajjiż ieħor tal-UE għal mawra qasira - għal vaganza, għal vjaġġ tan-negozju jew biex tistudja - għandek tikseb Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa
mill-assiguratur tas-saħħa ta' pajjiżek. Din tippermettilek tikseb kwalunkwe kura tas-saħħa li tista' tiġi bżonn matul il-vjaġġ tiegħek.
Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa turi li int intitolat għall-kura tas-saħħa. Hija prova fiżika li int assigurat f'pajjiż tal-UE.
Jekk timrad għal għarrieda matul żjara temporanja barra minn Malta, il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tagħtik l-istess drittijiet għas-saħħa pubblika bħar-residenti assigurati fil-pajjiż li tinsab fih, għalhekk tista' żżur tabib lokali.
Jekk jogħġbok innota li ċ-ċittadini li mhumiex tal-UE ma jistgħux jużaw il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-saħħa għall-kura medika fid-Danimarka.
Barra minn hekk, iċ-ċittadini Bulgari u Rumeni bħalissa ma jistgħux jużaw il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa fl-Isvizzera.
Fil-każ improbabbli li l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiegħek tiġi rifjutata, tista' titlob għall-għajnuna.
Anke jekk ma jkollokx il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa fuqek, int intitolat għall-kura tas-saħħa għalkemm il-kundizzjonijiet tal-ħlas u r-rimborż jistgħu jkunu iktar ikkumplikati. F'emerġenza - ngħidu aħna, jekk tiddaħħal l-isptar - l-awtorità tas-saħħa lokali tiegħek tkun tista' tgħin billi tibgħatlek ċertifikat ta' sostituzzjoni bil-faks jew bl-email.
Anna hi koperta mill-assigurazzjoni tas-saħħa tal-istat fil-pajjiż tal-UE A u qed tqatta' ftit xhur fil-pajjiż tal-UE B biex tlesti l-istudji tagħha. Għandha l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa magħha, maħruġa mill-pajjiż A. Hija tqila u se twelled fil-pajjiż B. It-tqala u t-twelid huma kkunsidrati bħala kura medika urġenti, għalhekk Anna se tirċievi l-għajnuna medika meħtieġa fil-pajjiż B meta tippreżenta l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-saħħa u l-karta tal-identità.
Anna se tirċievi l-kura fil-pajjiż B daqslikieku hi assigurata f'dak il-pajjiż. Dan ifisser li jekk il-kura hi bla ħlas għall-persuni assigurati hemmhekk, se tkun bla ħlas għal Anna wkoll. Jekk hi sistema fejn trid tħallas u mbagħad tapplika għal rimborż, Anna se jkollha tħallas l-istess miżati bħar-residenti assigurati, imbagħad tapplika għal rimborż. Għandha tapplika għar-rimborż fil-pajjiż B, fejn tiġi rimborżata bl-istess rata bħar-residenti assigurati hemmhekk (il-pajjiż B imbagħad jikkuntattja lill-awtoritajiet tas-saħħa fil-pajjiż A, fejn Anna hi assigurata, biex jieħu l-flus lura).
Innota li jekk l-unika raġuni għall-mawra ta' Anna fil-pajjiż B hi biex twelled hemm, il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tista' tiġi rifjutat: minflok għandha tagħmel l-arranġamenti għat-twelid barra minn pajjiżha qabel ma tmur fil-pajjiż B. B'hekk, tista' tkun ċerta minn qabel xi spejjeż se jkun hemm.
F'xi pajjiżi l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa hi l-istess bħall-karta tas-saħħa nazzjonali. F'oħrajn, trid tapplika għaliha. M'għandek tħallas xejn għaliha. Għandek iġġibha mill-assiguratur tas-saħħa tiegħek qabel ma titlaq minn pajjiżek.
Xi artisti foloz ħolqu websajts fejn tista' tordna l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa bil-ħlas. Dan huwa qerq: tużax servizzi bħal dawn. Ikkuntattja direttament lill-fornitur tas-saħħa pubblika tiegħek.
Sib aktar tagħrif dwar il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-saħħa fi:
)
) (NL
)
)
English) (EN
English)
) (EN
)
) (EN
)
) (SV
) (EN
)
)
)
)
) (EN
)
)
)
)
) (EN
)
) (EN
)
)
English)
)
)
)
)
)
)
)
)
)
) (EN
) (FR
)Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għall-kontenut tal-websajts esterni.
Kun ċert li tivverifika mal-assiguratur tas-saħħa ta' pajjiżek sa liema punt l-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek tkopri lill-membri ta' familtek, kemm jekk jivvjaġġaw miegħek u kemm jekk jibqgħu id-dar waqt li int tkun barra minn Malta, peress li l-politiki nazzjonali tal-assigurazzjoni jvarjaw.
Skont ir-regoli tal-pajjiż fejn tkun, jista' jkollok jew ma jkollokx tħallas għall-kura tas-saħħa. Meta jkollok tħallas għal kura mhux mistennija barra minn Malta, għandek titlob rimborż f'dak il-pajjiż. Jekk ma tkunx tista' tagħmel dan matul il-mawra tiegħek, tista' titlob l-ispejjeż fejn int assigurat meta tirritorna f'pajjiżek. Il-proċedura ta' rimborż għandha tkun sempliċi jekk turi l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa lill-persunal mediku li jikkurak matul il-mawra tiegħek barra minn Malta.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera