Mogħdija tan-navigazzjoni

Kura medika mhux mistennija

Aġġornat : 12/2011

Spejjeż u rimborż

Jekk tkun teħtieġ kura medika mhux mistennija f'pajjiż ieħor tal-UE, jekk tippreżenta l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa din tissimplifika l-aċċess għall-kura medika fis-sistema nazzjonali tal-kura tas-saħħa ta' dak il-pajjiż jekk il-kura ma tkunx tista' tistenna sakemm terġa' lura f'pajjiżek - bħat-tqegħid tal-ġibs fuq sieq miksura.

Jekk din il-kura medika hi bla ħlas għar-residenti lokali, int ma jkollokx tħallas. Jekk il-pajjiż jirrikjedi l-ħlas, tista' titlob għal rimborż hemmhekk, jew tagħmel talba mal-assiguratur tas-saħħa tiegħek ladarba terġa' lura f'pajjiżek. L-ispejjeż tiegħek jiġu rimborżati skont ir-regoli tal-pajjiż fejn irċevejt il-kura.

Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa ma tkoprix ir-ripatrijazzjoni, is-salvataġġ mill-muntanji jew proprjetà misruqa - għalhekk agħmel assigurazzjoni tal-ivvjaġġar li tkopri dawn ir-riskji.

Storja bħala eżempju

Ħu assigurazzjoni addizzjonali għal riskji tal-ivvjaġġar

Sven, Svediż, mar Franza jesplora l-għerien. Matul wieħed mill-vjaġġi tiegħu, inqabad f'għar u kellu jiġi salvat mis-servizzi ta' salvataġġ ta' Franza. Lura f'pajjiżu, irċieva kont kbir, li kellu jħalsu kollu, peress li s-salvataġġ mhuwiex kopert mill-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa.

Indirizzi u websajts nazzjonali siewja:

Agħżel :

Ir-regoli huma differenti jekk tivvjaġġa barra minn Malta speċifikament għal kura medika.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.