Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 12/2011
F'emerġenza, tkun fejn tkun fl-UE, ċempel il-112 għal ambulanza. Dan in-numru huwa bla ħlas.
English
Jekk tiddaħħal fi sptar għal kura ta' emerġenza fuq btala f'pajjiż ieħor tal-UE, il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa
tissimplifikalek il-proċeduri amministrattivi u ta' rimborż għall-kura tas-saħħa pubblika.
Tista' tikseb il-kura ulterjuri li jkollok bżonn meta tmur lura f'pajjiżek. Ikollok tittratta l-ispejjeż u t-talbiet għar-rimborż għal kwalunkwe spejjeż tal-kura li ħallast barra minn Malta.
Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa ma tkoprix il-kura tas-saħħa privata, għalhekk kun ċert li l-persunal mediku ma jittrattakx bħala "pazjent privat" u li l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa hi aċċettata.
Innota li jekk tivvjaġġa barra minn Malta speċifikament għal kura medika, japplikaw regoli differenti.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera