Mogħdija tan-navigazzjoni

Kura medika mhux mistennija

Aġġornat : 12/2011

Għandek bżonn ta' tabib barra minn Malta

Kun ċert li jkollok fuqek il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa

Jekk timrad għal għarrieda matul btala f'pajjiż tal-UE u għandek bżonn tmur għand tabib, m'hemmx għalfejn tqassar il-mawra tiegħek u tirritorna f'pajjiżek għall-kura. Ħu miegħek il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa għand tabib lokali.

Ftakar li s-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali jvarjaw minn pajjiż tal-UE għal ieħor. F'xi pajjiżi jaf ikollok tħallas lit-tabib direttament, filwaqt li f'oħrajn dan ma jsirx. F'xi pajjiżi, int liberu li tagħżel liema tabib tixtieq tara, waqt li f'oħrajn il-kura tiegħek tiġi rimborżata biss jekk tmur għand tobba affiljati mas-sistema tas-saħħa pubblika.

Kun ċert li tmur għand tabib affiljat mas-sistema tal-kura tas-saħħa tal-Istat, peress li l-kura tas-saħħa privata mhijiex koperta bil-Karta Ewropea tas-Assigurazzjoni tas-Saħħa.

Storja bħala eżempju

Kun ċert li tiġi kkurat taħt is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika lokali

Ewa marret b'sieq miksura fuq vjaġġ tan-negozju f'pajjiż ieħor tal-UE. Hekk kif bdiet tuġagħha saqajha, marret għand tabib. Meta marret lura f'pajjiżha, irċeviet kont għall-kura, li ma ġiex rimborżat mill-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali tagħha: it-tabib ikkuraha bħala pazjenta privata.

Int intitolat għall-kura tas-saħħa taħt l-istess termini bħar-residenti tal-pajjiż li tkun qed iżżur. Intuk parir li tieħu miegħek il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa għall-mawriet kollha barra minn Malta - din tgħin għar-rimborż tal-ispejjeż meta tasal lura f'pajjiżek.

Jeżistu differenzi kbar fil-proċeduri bejn il-kura tas-saħħa mhux mistennija - meta timrad barra minn Malta - u l-kura medika ppjanata barra minn Malta. Għal kura ppjanata f'pajjiż ieħor tal-UE, jeħtieġ li tistaqsi għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-assiguratur tas-saħħa tiegħek biex tiżgura li tiġi rimborżat.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.