Mogħdija tan-navigazzjoni

Stabbilixxi ruħek barra minn pajjiżek

Aġġornat : 12/2011

Drittijiet tas-sigurtà soċjali

Il-Benefiċċji jvarjaw bejn pajjiż u ieħor

Id-drittijiet tas-sigurtà soċjali relatati mas-saħħa huma differenti ferm  madwar l-UE. L-intitolament tiegħek għall-benefiċċji relatati mas-saħħa - bħall-benefiċċji għall-maternità u l-invalidità - jiddependi fuq is-sistema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż li tgħodd għalik. Pereżempju, jekk ċittadina Spanjola li tgħix u taħdem fil-Polonja twelled hemm, hija intitolata għal-liv tal-maternità bl-istess kundizzjonijiet bħar-residenti Pollakki, skont ir-regoli tas-sigurtà soċjali Pollakki.

L-istorja kollha tas-sigurtà soċjali tiegħek tivvjaġġa miegħek

F'xi pajjiżi, trid tkun kopert bi skema tal-assigurazzjoni għal perjodu minimu qabel ma tkun intitolat għall-benefiċċji, bħall-benefiċċji tal-invalidità. Skont ir-regoli tal-UE l-perjodi kollha tal-assigurazzjoni tiegħek iridu jiġu kkunsidrati mill-assigurazzjoni nazzjonali attwali tiegħek, inklużi dawk li qattajt f'pajjiż ieħor tal-UE. Pereżempju, jekk Griega tmur tgħix l-Isvezja biex taħdem hemm wara li għamlet 10 snin taħdem fil-Belġju, u jkollha bżonn il-benefiċċji tal-invalidità wara biss 4 xhur, l-awtoritajiet Svediżi jridu jgħoddu l-10 snin assigurazzjoni li kellha fil-Belġju.

Skopri aktar dwar id-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek, bħal-liv ta' maternità jew paternità, u l-benefiċċji tal-invalidità, f'dawn il-pajjiżi:

Agħżel :

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.