Mogħdija tan-navigazzjoni

Stabbilixxi ruħek barra minn pajjiżek

Aġġornat : 12/2011

Il-kopertura tas-sigurtà soċjali tiegħek

Jekk qed tippjana li tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE, il-pajjiż responsabbli għall-kopertura tas-sigurtà soċjali tiegħek, inkluża l-assigurazzjoni tas-saħħa tiddependi fuq l-istatus ekonomiku tiegħek - jekk intix impjegat, taħdem għal rasek, qiegħed, student, imsiefer fuq xogħol, taħdem fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera minn pajjiżek, eċċ. Ma tistax tagħżel liema pajjiż se jkoprik.

Skont is-sitwazzjoni tiegħek, jew tkompli tiġi kopert mis-sigurtà soċjali ta' pajjiżek, jew taqa' taħt il-pajjiż fejn tmur tgħix jew taħdem. Fi kwalunkwe każ, ikollok tagħmel arranġamenti speċifiċi għall-kopertura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali.

Il-pajjiż responsabbli għall-kura tas-saħħa tiegħek jiddependi fuq is-sitwazzjoni tal-impjieg tiegħek  jew  fejn tgħix, mhux in-nazzjonalità. Biex tevita problemi potenzjalment serji u n-nuqqas ta' ftehim, skopri dwar is-sistema tas-saħħa tal-pajjiż fejn sejjer toqgħod qabel ma tmur.

Skopri aktar dwar il-kura tas-saħħa tiegħek jekk inti:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.