Mogħdija tan-navigazzjoni
IVA - Il-fatt li inti se tintbagħat barra fuq xogħol ma jaffettwax l-assigurazzjoni tas-saħħa ta' familtek.
IVA - Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tkoprik għat-trattament mediku li jkollok bżonn waqt żjarat temporanji barra minn Malta. Madankollu, l-assigurazzjoni statutorja tas-saħħa tista' ma tkoprikx għat-tul kollu taż-żjara (pereżempju, jekk tilħaq ċertu limitu tal-età waqt is-sena li tkun barra). Qabel titlaq, iċċekkja għal xiex u għal kemm żmien inti kopert waqt li tkun qed tistudja barra.
Jekk ommok hija resident legali f'pajjiż tal-UE imma tixtieq il-kura f'ieħor, trid tistaqsi l-assigurazzjoni tas-saħħa tagħha għal awtorizzazzjoni bil-quiddiem biex tieħu l-kura barra. B'hekk tkun tista' tieħu l-flus lura. Fil-każ ta' emerġenza medika waqt li tkun barra, ommok tista' titħallas lura permezz tal-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.
Aktar FAQs dwar
liema leġiżlazzjoni tapplika għalik
English
IVA - Ir-regoli tal-UE jevitaw benefiċċji simultanji tal-istess tip. B'mod ġenerali, il-pensjonijiet tal-invalidità jinbidlu f'pensjonijiet tax-xjuħija meta tilħaq l-età legali tal-irtirar fil-pajjiż fejn tgħix (jew minn fejn tirċievi l-pensjoni tal-invalidità tiegħek). Għandek tkun taf li l-età legali tal-irtirar hija differenti bejn pajjiż u ieħor.
Ir-rekwiżiti jvarjaw skont is-sistema ta' sigurtà soċjali f'kull pajjiż. Jekk is-sistema fil-pajjiż tal-UE fejn tgħix int tirrikjedi perjodu minimu ta' kontribuzzjonijiet, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kollha li qatt ħallast fil-pajjiżi tal-UE jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-perjodu sħiħ ta' kontribuzzjonijiet tiegħek. Madankollu, il-livell tal-invalidità jiġi determinat skont kriterji nazzjonali. Tista' tiġi evalwat bħala 100% invalidu f'pajjiż, imma biss 30% invalidu f'ieħor.
Aktar FAQs dwar id-
drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħek fl-UE
English