Mogħdija tan-navigazzjoni

Kura ppjanata

Aġġornat : 12/2011

Drittijiet ta' aċċess

Skont il-liġi tal-UE, tista' tikseb kura medika English f'pajjiż ieħor tal-UE jekk:

  • il-kura speċifika li teħtieġ mhijiex disponibbli f'pajjiżek, iżda hi koperta mill-assigurazzjoni tas-saħħa ta' pajjiżek, jew
  • iċ-ċirkostanzi mediċi tal-każ tiegħek ifissru li tista' ma tirċevix il-kura fil-ħin.  Iċ-ċirkostanzi mediċi jinkludu l-livell ta' uġigħ, in-natura tad-diżabbiltà tiegħek (li tista' pereżempju tagħmilha impossibbli jew estremament diffiċli għalik biex taħdem), l-iżvolġiment potenzjali tal-marda tiegħek, u l-istorja medika tiegħek.

Jekk trid li l-assiguratur tas-saħħa ta' pajjiżek ikopri l-ispiża tal-ammissjoni fl-isptar barra minn Malta, jeħtieġ li titlob awtorizzazzjoni minn qabel.

Ladarba tiġi awtorizzat li tikseb kura medika f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek tiġi kkurat bl-istess termini - u bl-istess spejjeż - bħal persuna assigurata f'dak il-pajjiż.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.