Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Kura ppjanata

Aġġornat : 12/2011

Drittijiet ta' aċċess

FAQs Drittijiet ta' aċċess

  • Tista' l-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħi tirrifjuta li tawtorizza l-kura medika ppjanata tiegħi barra minn Malta?

    IVA   - Jekk il-kura hija disponibbli f'pajjiżek fi żmien li huwa aċċettabbli medikament.  Madankollu, l-assigurazzjoni tas-saħħa jkollha tawtorizzaha jekk is-sistema tal-kura tas-saħħa statutorja tiegħek ma tistax tipprovdik bil-kura fiż-żmien medikament aċċettabbli, f'dak li huwa l-istat ta' saħħtek u kemm qed tipprogressa malajr il-marda, jew jekk il-kura hija koperta mill-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek iżda ma tinsabx f'pajjiżek.

  • Se nsiefer għal kura medika ppjanata li ġiet awtorizzata mill-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħi. X'livell ta' rimborż nista' nistenna?

    Jekk għal xi raġuni kellek tħallas parti jew l-ispiża sħiħa tal-kura medika, għandek tkun rimborżat bir-rata tal-pajjiż fejn ħadt il-kura. Jekk ir-rimborż fil-pajjiż fejn ħadt il-kura huwa inqas minn dak ta' pajjiżek, l-assigurazzjoni tiegħek għandha, meta tistaqsiha, troddlok id-differenza. Madankollu, ma tista' qatt tingħata aktar minn kemm ħallast.

  • Ommi rtirata u ġejja minn pajjiż ieħor fl-UE biex tqatta' xi xhur miegħi. Għandha bżonn operazzjoni. X'formalitajiet irridu nieħdu ħsieb biex tkun tista' tagħmel l-operazzjoni fil-pajjiż fejn ngħix jien?

    Jekk ommok hija resident legali f'pajjiż tal-UE imma tixtieq il-kura f'ieħor, trid tistaqsi l-assigurazzjoni tas-saħħa tagħha għal awtorizzazzjoni bil-quddiem biex tieħu l-kura barra. B'hekk tkun tista' tieħu l-flus lura.  Fil-każ ta' emerġenza medika waqt li tkun barra, ommok tista' tuża l-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea.

    Aktar FAQs dwar il- kura medika ppjanata barra minn pajjiżek English

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika