Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 26/07/2017

Punti ta' informazzjoni: trattament mediku ippjanat barra pajjiżek

Punti ta' Kuntatt Nazzjonali

Kull pajjiż tal-UE għandu tal-anqas Punt ta' Kuntatt Nazzjonali wieħed (xi wħud għandhom ukoll punti ta' kuntatt reġjonali jew lokali) li jistgħu jgħinuk b'mistoqsijiet dwar l-organizzazzjoni ta' trattament mediku f'pajjiż barrani.

Agħżel pajjiż:

F'pajjiżek

Il-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali tiegħek jista' jagħtik informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek biex tirċievi kura tas-saħħa f'pajjiżi oħra tal-UE, inklużi:

  • id-drittijiet tiegħek biex tkun koperta parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha
  • x' tipi ta' trattament huma rimborżati u kemm tista' tistenna li tieħu bħala rimborż
  • jekk teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel u kif tapplika għaliha
  • kif tappella jekk id-drittijiet tiegħek ma jiġux rispettati

Fil-pajjiż fejn int trid li tiġi trattat

Il-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali jista' jagħtik informazzjoni dwar:

  • is-sistema tal-kura tas-saħħa ta' dak il-pajjiż u kif dawn jiżguraw il-kwalità, is-sikurezza, u l-konformità mal-istandards nazzjonali
  • jekk provveditur partikolari jkunx irreġistrat u awtorizzat li jipprovdi trattamenti mediċi speċifiċi, u liema sistema ta' kwalità u sikurezza tkopri lil dak il-provveditur
  • id-drittijiet tal-pazjenti f'dak il-pajjiż, inkluża informazzjoni dwar l-opzjonijiet tiegħek jekk xi ħaġa tmur ħażin jew jekk ma tkunx kuntent bit-trattament mediku li tirċievi

Istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa

Il-provveditur tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek jista' jagħtik informazzjoni dwar id-dritt tiegħek li tippjana trattament mediku f'pajjiż ieħor tal-UE. B'mod partikulari, jistgħu jagħtuk aktar informazzjoni dwar ir-rimborżi, l-awtorizzazzjoni minn qabel u kwalunkwe restrizzjoni biex tfittex it-trattament mediku tiegħek f'pajjiż barrani.

Provvedituri tal-kura tas-saħħa

Il-provvedituri tas-saħħa, bħal sptar, klinika jew stabbilment mediku ieħor, għandhom jgħidulek dwar:

  • l-opzjonijiet ta' trattamenti, il-kwalità u s-sikurezza, l-istatus tal-awtorizzazzjoni/tar-reġistrazzjoni tal-provveditur tal-kura tas-saħħa eċċ, sabiex jippermettulek tagħmel kwalunkwe għażla informata dwar it-trattament mediku tiegħek
  • il-prezzijiet tat-trattament qabel jingħata t-trattament - u jipprovduk bi rċevuta ċara wara biex jiffaċilitaw ir-rimborż
  • l-assigurazzjoni ta' responsabbiltà jew l-ekwivalenti
  • (fejn japplikaw) għażliet differenti biex tkopri l-ispejjeż tat-trattament
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri