Mogħdija tan-navigazzjoni

Għajnuna mill-ispiżjar

Aġġornat : 12/2011

Ippreżenta riċetta tat-tabib barra minn Malta

Riċetta mogħtija mit-tabib f'pajjiżek hija valida fil-pajjiżi kollha tal-UE.

Madankollu, il-mediċini kollha mibjugħa fl-UE għandhom ikunu liċenzjati, u l-liċenzji huma maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiż wieħed jew aktar. Dan ifisser li meta tippreżenta riċetta mit-tabib tiegħek għand spiżjar f'pajjiż ieħor tal-UE, din il-mediċina tista' ma tkunx disponibbli, jew jista' jkollha isem ieħor.

Staqsi lit-tabib tiegħek biex iniżżel l-ingredjenti tal-mediċina u d-dożaġġ - dawn għandhom jgħinu lill-ispiżjar biex jagħtik il-mediċina t-tajba.

Storja bħala eżempju

Kif iġġib mediċina barra minn pajjiżek billi tuża riċetta tat-tabib minn pajjiżek

Anna mill-Isvezja se tmur taħdem il-Finlandja għal sitt xhur. Se tieħu r-riċetta għall-pillola kontraċettiva magħha.  Tista' tippreżenta dawn ir-riċetti lill-ispiżjara fil-Finlandja biex tikseb il-pillola kontraċettiva waqt li tkun barra minn pajjiżha.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Isvizzera

Retour au texte en cours.