Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 3/2013
F'ħafna pajjiżi tal-UE, tista' tagħmel ir-relazzjoni tiegħek uffiċjali mingħajr ma tiżżewweġ, permezz ta' relazzjoni reġistrata (xi kultant imsejħa relazzjoni ċivili).
Relazzjoni reġistrata tippermetti li 2 minn nies li jgħixu flimkien bħala koppja jirreġistraw ir-relazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti fil-pajjiż ta' residenza tagħhom.
Hemm differenzi kbar bejn il-pajjiżi tal-UE f'dan il-qasam enormi, mhux biss f'termini tal-possibilitajiet li joffru, iżda wkoll sa fejn ir-relazzjonijiet magħmula barra l-pajjiż jingħataw għarfien (jekk dan isir).
Meta żewġ pajjiżi tal-UE jew aktar huma involuti – pereżempju minħabba li tiċċaqalqu wara li tkunu rreġistrajtu, jew tirreġistraw f'pajjiż barrani – għandkom issibu liema liġijiet tal-pajjiż japplikaw għar-relazzjoni tagħkom – dawn se jkollhom konsegwenzi importanti għad-drittijiet u l-obbligi tagħkom bħala partners reġistrati.
Ir-relazzjonijiet reġistrati jitqiesu ekwivalenti jew komparabbli maż-żwieġ f'xi wħud mill-pajjiżi tal-UE – iżda mhux f'kollha.
Il-pajjiżi tal-EU li ma jagħtux għarfien lir-relazzjonijiet reġistrati:
Fejn meqjusin ekwivalenti, dawn jingħataw l-istess drittijiet għall-finijiet tal-immigrazzjoni: il-partner reġistrat tiegħek ikollu d-dritt jiġi miegħek u jgħix f'dak il-pajjiż.
Il-pajjiżi kollha li jippermettu żwiġijiet bejn persuni tal-istess sess ġeneralment jagħtu għarfien ir-relazzjonijiet reġistrati bejn persuni tal-istess sess inklużi f'pajjiżi oħrajn.
F'pajjiżi fejn ma jistax isir żwieġ bejn persuni tal-istess sess iżda li introduċew xi forma ta' relazzjoni reġistrata, żwieġ bejn persuni tal-istess sess f'pajjiż barrani normalment jagħtik fihom l-istess drittijiet daqs relazzjoni reġistrata.
Jekk il-partner tiegħek hu ċittadin tal-UE u hu ekonomikament dipendenti minnek, ikollu bżonn jitlob id-drittijiet ta' residenza (abbażi tad-dritt tiegħu li jsegwi l-partner reġistrat) lill-awtoritajiet tal-pajjiż fejn sejrin tgħixu.
Jekk il-partner mhux ċittadin tal-UE, ir-relazzjoni reġistrata se tkun fattur ewlieni biex jakkwista d-dritt li jgħix fl-UE.
Jekk trid tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE li ma jagħraf ebda tip ta' relazzjoni reġistrata, ir-relazzjoni tiegħek se tiġi kkunsidrata bħala relazzjoni għal tul ta' żmien ippruvata kif għandha tkun. Il-pajjiż ġdid tiegħek għandu jiffaċilita d-dħul u r-residenza tal-partner tiegħek.
Id-drittijiet tal-proprjetà u d-drittijiet tal-manteniment għall-persuni f'relazzjonijiet reġistrati m'humiex applikati bl-istess mod fil-pajjiżi kollha tal-UE: id-drittijiet li tikseb minn relazzjoni reġistrata f'pajjiż partikulari jistgħu jkunu differenti sew minn dawk li tikseb f'pajjiż ieħor.
Nina hi intraprenditriċi minn pajjiż "A" tal-UE li kienet qed tifli opportunità ta' negozju f'pajjiż "B" u xtaqet li l-partner reġistrat tagħha, Hans – bla xogħol dak iż-żmien – jingħaqad magħha hemmhekk.
Għalkemm il-pajjiż "B" ma jagħrafx ir-relazzjonijiet reġistrati, l-eżistenza tar-relazzjoni serviet bħala prova li huma t-tnejn ilhom f'relazzjoni għal żmien twil, u Hans seta' jingħaqad hemm ma' Nina, anki mingħajr riżorsi finanzjarji individwali.